+Artikolu 82 Dispożizzjonijiet transizzjonali
---+Artikolu 82 1.
---+Artikolu 82 2.
---+Artikolu 82 3.
---+Artikolu 82 4.
---+Artikolu 82 5.
---+Artikolu 82 6.
---+Artikolu 82 7.
---+Artikolu 82 8.
---+Artikolu 82 9.

Artikolu 82 Dispożizzjonijiet transizzjonali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 82 1.
Fir-rigward tal-installazzjonijiet li jwettqu attivitajiet imsemmija fl-Anness I, il-punt 1.1 għall-attivitajiet b’kapaċità termali totali li jeċċedi l-50 MW, il-punti 1.2 u 1.3, il-punt 1.4(a), il-punti 2.1 2.6, il-punti 3.1 sa 3.5, il-punti 4.1 sa 4.6 għall-attivitajiet li jikkonċernaw il-produzzjoni permezz ta’ pproċessar kimiku, il-punti 5.1 u 5.2 għall-attivitajiet koperti mid-Direttiva 2008/1/KE, il-punt 5.3(a)(i) u (ii), il-punt 5.4, il-punt 6.1(a) u (b), il-punti 6.2 u 6.3, il-punt 6.4(a), il-punt 6.4(b) għall-attivitajiet koperti mid-Direttiva 2008/1/KE, il-punt 6.4(c) u l-punti 6.5 sa 6.9 li qegħdin jitħaddmu u li jkollhom permess qabel is-7 ta’Jannar 2013 jew li l-operaturi tagħhom ippreżentaw applikazzjoni kompleta għal permess qabel dik id-data, bil-kondizzjoni li dawk l-installazzjonijiet jibdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta’Jannar 2014, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi adottati skont l-Artikolu 80(1) mis-7 ta’Jannar 2014 bl-eċċezzjoni tal-Kapitolu III u IV u l-Annessi V u VI.
Artikolu 82 2.
Fir-rigward tal-installazzjonijiet li jwettqu l-attivitajiet imsemmija fl-Anness I, il-punt 1.1 għall-attivitajiet b’kapaċità termali totali li jeċċedi l-50 MW, il-punt 1.4(b), il-punti 4.1 sa 4.6 għall-attivitajiet li jikkonċernaw il-produzzjoni bi proċessi bijoloġiċi, il-punti 5.1 u 5.2 għall-attivitajiet mhux koperti mid-Direttiva 2008/1/KE, il-punt 5.3(a)(iii) sa (v), il-punt 5.3(b), il-punti 5.5 u 5.6, il-punt 6.1(c), il-punt 6.4(b) għall-attivitajiet mhux koperti mid-Direttiva 2008/1/KE u l-punti 6.10 u 6.11 li qegħdin jitħaddmu qabel is-7 ta’ Jannar 2013, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi adottati skont din id-Direttiva mis-7 ta’ Lulju 2015 bl-eċċezzjoni għall-Kapitoli III u IV u l-Annessi V u VI.
Artikolu 82 3.
Fir-rigward tal-impjanti ta’ kombustjoni msemmijin fl-Artikolu 30(2), l-Istati Membri għandhom, mill-1 ta’ Jannar 2016, japplikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi adottati skont l-Artikolu 80(1) biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III u l-Anness V.
Artikolu 82 4.
Fir-rigward tal-impjanti ta’ kombustjoni msemmijin fl-Artikolu 30(3) l-Istati Membri m’għandhomx japplikaw aktar id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/80/KE mis-7 ta’ Jannar 2013.
Artikolu 82 5.

Fir-rigward tal-impjanti ta’ kombustjoni li jikkoinċineraw l-iskart, il-punt 3.1 tal-Parti 4 tal-Anness VI għandu japplika sa:

(a) 

il-31 ta’ Diċembru 2015, għall-impjanti ta’ kombustjoni msemmijin fl-Artikolu 30(2);

▼C1

(b) 

is-6 ta’ Jannar 2013, għall-impjanti ta’ kombustjoni msemmijin fl-Artikolu 30(3).

▼B

Artikolu 82 6.

Il-punt 3.2 tal-Parti 4 tal-Anness VI għandu japplika fir-rigward tal-impjanti ta’ kombustjoni li jikkoinċineraw l-iskart minn:

(a) 

l-1 ta’ Jannar 2016, għall-impjanti ta’ kombustjoni msemmijin fl-Artikolu 30(2);

(b) 

is-7 ta’Jannar 2013, għall-impjanti ta’ kombustjoni msemmijin fl-Artikolu 30(3).

Artikolu 82 7.
L-Artikolu 58 għandu japplika mill-1 ta’ Ġunju 2015. Sa dik id-data, sustanzi jew taħlitiet li, minħabba l-kontenut ta’ komposti organiċi volatili tagħhom ikklassifikati bħala karċinoġeni, mutaġeniċi, jew tossiċi għar-riproduzzjoni skont ir-Regolament 1272/, huma assenjati jew jeħtieġ li jkollhom id-dikjarazzjonijiet ta’ perikolu H340, H350, H350i, H360D jew H360F jew il-frażijiet ta’ riskju R45, R46, R49, R60 jew R61, għandhom jinbidlu, sakemm huwa possibbli, minn sustanzi jew taħlitiet anqas ta’ ħsara fl-anqas ħin possibbli.
Artikolu 82 8.
L-Artikolu 59(5) għandu japplika mill-1 ta’ Ġunju 2015. Sa dik id-data l-emissjonijiet ta’ jew il-komposti organiċi volatili li huma assenjati jew li jeħtieġu jkollhom fuqhom id-dikjarazzjonijiet ta’ periklu H340, H350, H350i, H360D jew H360F jew il-frażijiet ta’ riskju R45, R46, R49, R60 jew R61 jew komposti organiċi volatili aloġeniċi li huma assenjati jew jeħtieġ li jkollhom fuqhom id-dikjarazzjonijiet ta’ periklu H341 jew H351 jew il-frażijiet ta’ riskju R40 jew R68, għandhom ikunu kontrollati taħt kondizzjonijiet kontenuti, sakemm ikun teknikament u ekonomikament possibbli biex tigi mħarsa s-saħħa pubblika u l-ambjent u m’għandhomx jaqbżu l-valuri limitu tal-emissjonijiet rilevanti stabbiliti fil-Parti 4 tal-Anness VII.
Artikolu 82 9.
Il-Punt 2 tal-Parti 4 tal-Anness VII għandu japplika mill-1 ta’ Ġunju 2015. Sa dik id-data, għall-emissjonijiet ta’ komposti organiċi volatili alloġenati li huma assenjati jew jeħtieġ li jkollhom fuqhom id-dikjarazzjonijiet ta’ periklu H341 jew H351 jew il-frażijiet ta’ riskju R40 jew R68, fejn il-fluss tal-massa tas-somma tal-taħlit li jikkawża d-dikjarazzjonijiet ta’ periklu H341 jew H351 jew it-tikkettar R40 jew R68 huwa akbar minn, jew daqs, 100 g/h, valur limitu tal-emissjonijiet ta’ 20 mg/Nm3 għandhom jitħarsu. Il-valur limitu tal-emissjonijiet jirriferi għas-somma massima tal-komposti individwali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.