+ANNESS Ia Attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 70a

ANNESS Ia Attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 70a




ANNESS Ia

Attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 70a

L-installazzjonijiet jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-anness jekk jaqgħu f’waħda jew aktar mill-kategoriji ta’ attività li ġejjin;

1. 

It-trobbija tal-majjali li jirrappreżentaw 350 unità ta’ bhejjem jew aktar, minbarra l-attivitajiet tat-trobbija li jitwettqu skont reġimi ta’ produzzjoni organika f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/848, jew meta d-densità tal-bhejjem tkun anqas minn 2 unitajiet ta’ bhejjem/ettaru użat biss għar-ragħa jew għat-tkabbir ta’ foraġġ jew foraġġ użat għat-tagħlif tal-annimali, u l-annimali jitrabbew barra għal ammont sinifikanti ta’ żmien f’sena jew imrobbija staġjonalment barra.

2. 

It-trobbija tat-tiġieġ tal-bajd biss li jirrappreżentaw 300 unità ta’ bhejjem jew aktar, jew it-trobbija ta’ kategoriji oħra ta’ tjur biss li jirrappreżentaw 280 unità ta’ bhejjem jew aktar. F’installazzjonijiet li jrabbu taħlita ta’ tjur inkluż tiġieġ tal-bajd, il-limitu għandu jkun ta’ 280 unità ta’ bhejjem u l-kapaċità għandha tiġi kkalkulata bl-użu ta’ 0,93 bħala fattur ta’ ponderazzjoni ( *1 ) għat-tiġieġ tal-bajd.

3. 

It-trobbija ta’ kwalunkwe taħlita ta’ majjali jew tjur li jirrappreżentaw 380 unità ta’ bhejjem jew aktar, minbarra t-trobbija tal-majjali f’installazzjonijiet li jaħdmu b’reġimi ta’ produzzjoni organika f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/848, jew meta d-densità tal-bhejjem tkun anqas minn 2 unitajiet ta’ bhejjem/ettaru użat biss għar-ragħa jew għat-tkabbir ta’ foraġġ jew foraġġ użat għat-tagħlif tal-annimali, u l-annimali jitrabbew barra għal ammont sinifikanti ta’ żmien f’sena jew imrobbija staġjonalment barra.

Il-livell ta’ unità ta’ bhejjem ta’ installazzjoni jiġi kkalkolat bl-użu tar-rati ta’ konverżjoni li ġejjin:

Majjali:

Ħnieżer tal-għalla ≥ 50 kg … 0,500

Driefeġ ≤ 20 kg … 0,027

Majjali oħra … 0,300

Tjur:

Tiġieġ tas-simna … 0,007

Tiġieġ tal-bajd … 0,014

Dundjani … 0,030

Papri … 0,010

Wiżż … 0,020

Ngħam … 0,350

Tjur tal-irziezet oħra … 0,001

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.