+ANNESS V Dispożizzjonijiet tekniċi dwar l-impjanti ta’ kombustjoni

ANNESS V Dispożizzjonijiet tekniċi dwar l-impjanti ta’ kombustjoni




ANNESS V

Dispożizzjonijiet tekniċi dwar l-impjanti ta’ kombustjoni

PARTI 1

Valuri limitu tal-emissjonijiet għall-impjanti ta’ kombustjoni msemmija fl-Artikolu 30(2)

1.

Il-valuri limitu kollha tal-emissjonijiet għandhom jiġu kkalkulati f’temperatura ta’ 273,15 K, pressjoni ta’ 101,3 kPa u wara korrezzjoni għall-kontenut ta’ fwar fil-gassijiet ta’ skart u b’kontenut standardizzat ta’ O2 ta’ 6 % ta’ karburanti solidi, 3 % għall- impjanti ta’ kombustjoni, minbarra turbini tal-gass u magni tal-gass bl-użu ta’ karburanti likwidi jew gassużi u 15 % għal turbini tal-gass u magni tal-gass.

2.

Valuri limitu tal-emissjonijiet (mg/Nm3) għall-SO2 għall-impjanti ta’ kombustjoni li jużaw karburanti solidi jew likwidi bl-eċċezzjoni ta’ turbini tal-gass u magni tal-gass



Kapaċità termali kklassifikata totali (MW)

Faħam u linjite u karburanti solidi oħrajn

Bijomassa

Pit

Karburanti likwidi

50-100

400

200

300

350

100-300

250

200

300

250

> 300

200

200

200

200

Impjanti ta’ kombustjoni, li jużaw karburanti solidi li nħarġilhom permess qabel is-27 ta’ Novembru 2002 jew li l-operaturi tagħhom kienu ppreżentaw applikazzjoni kompluta għall-permess qabel dik id-data, bil-kondizzjoni li l-impjant beda jitħaddem mhux aktar tard mis-27 ta’ Novembru 2003, u li ma jitħaddmux iktar minn 1 500 siegħa ta’ tħaddim fis-sena bħala medja tul perijodu ta’ ħames snin, għandhom ikunu suġġetti għal valur limitu tal-emissjonijiet għall-SO2 ta’ 800 mg/Nm3.

L-impjanti ta’ kombustjoni li jużaw karburanti likwidi, li ngħataw permess qabel is-27 ta’ Novembru 2002 jew li l-operaturi tagħhom kienu ppreżentaw applikazzjoni kompluta għall-permess qabel dik id-data, bil-kondizzjoni li l-impjant beda jitħaddem mhux aktar tard mis-27 ta’ Novembru 2003, u li ma jitħaddimx għal aktar minn 1 500 siegħa ta’ tħaddim fis-sena bħala medja mobbli matul perijodu ta’ ħames snin, għandhom ikunu suġġetti għal valur limitu tal-emissjonijiet għas-SO2 ta’ 850 mg/Nm3 f’każ ta’ impjanti b’kapaċità termali kklassifikata totali ta’ dħul li ma teċċedix it-300 MW u ta’ 400 mg/Nm3 f’każ ta’ impjanti b’kapaċità termali kklassifikata totali ta’ dħul akbar minn 300 MW.

Parti minn impjant ta’ kombustjoni li tarmi l-iskart gassuż tagħha permezz ta’ kanal wieħed għall-iskart separat jew aktar f’ċumnija komuni, u li ma taħdimx għal aktar minn 1 500 siegħa ta’ tħaddim kull sena bħala medja mobbli matul perijodu ta’ ħames snin, tista’ tkun suġġetta għall-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fiż-żewġ paragrafi preċedenti fir-rigward tal-kapaċità termali kklassifikata totali tal-impjant ta’ kombustjoni sħiħ. F’każijiet bħal dawn l-emissjonijiet minn kull wieħed minn dawk il-kanali għall-iskart għandhom ikunu kkontrollati separatament.

3.

Valuri limitu tal-emissjonijiet (mg/Nm3) għall-SO2 għall-impjanti ta’ kombustjoni li jużaw karburanti gassużi bl-eċċezzjoni ta’ turbini tal-gass u magni tal-gass



B’mod ġenerali

35

Gass likwifikat

5

Gassijiet kalorifiċi baxxi minn forn tal-coke

400

Gassijiet kalorifiċi baxxi minn blast furnace

200

L-impjanti ta’ kombustjoni, li jarmu gassijiet kalorifiċi baxxi mill-gassifikazzjoni tar-residwi tar-raffinerija, li nħarġilhom permess qabel is-27 ta’ Novembru 2002 jew li l-operaturi tagħhom kienu ppreżentaw applikazzjoni kompluta għall-permess qabel dik id-data, bil-kondizzjoni li l-impjant beda jopera mhux aktar tard mis-27 ta’ Novembru 2003, għandhom ikunu suġġetti għall-valur limitu tal-emissjonijiet għad-diossidu tal-kubrit ta’ 800 mg/Nm3.

4.

Valuri limitu tal-emissjonijiet (mg/Nm3) għall-ossidi tan-nitroġenu għal impjanti ta’ kombustjoni li jużaw karburanti solidi jew likwidi bl-eċċezzjoni ta’ turbini tal-gass u magni tal-gass



Kapaċità termali kklassifikata totali (MW)

Faħam u linjite u karburanti solidi oħrajn

Bijomassa u pit

Karburanti likwidi

50-100

300

450 fil-każ ta’ kombustjoni ta’ linjite pulverizzat

300

450

100-300

200

250

200 (1)

> 300

200

200

150 (1)

(1)   

Il-valur limitu tal-emissjonijiet huwa ta’ 450 mg/Nm3 għall-ħruq tar-residwi ta’ distillazzjoni u konverżjoni mir-raffinar ta’ żejt mhux raffinat għall-konsum tagħhom stess f’impjanti ta’ kombustjoni b’input termali kklassifikat totali li ma jaqbiżx il-500 MWth li nħarġilhom permess qabel is-27 ta’ Novembru 2002 jew li l-operaturi tagħhom kienu ppreżentaw applikazzjoni kompluta għall-permess qabel dik id-data sakemm l-impjant beda jitħaddem mhux aktar tard mis-27 ta’ Novembru 2003.

L-impjanti ta’ kombustjoni f’installazzjonijiet kimiċi li jużaw residwi ta’ produzzjoni likwidi bħala karburant mhux kummerċjali għall-konsum tagħhom stess b’input termiku kkwalifikat totali li ma jaqbiżx il-500 MW li nħarġilhom permess qabel is-27 ta’ Novembru 2002, jew li l-operaturi tagħhom kienu ppreżentaw applikazzjoni kompluta għall-permess qabel dik id-data, bil-kondizzjoni li l-impjant beda jitħaddem mhux aktar tard mis-27 ta’ Novembru 2003, għandhom ikunu suġġetti għall-valur limitu tal-emissjonijiet għal Nox ta’ 450 mg/Nm3.

Impjanti ta’ kombustjoni li jużaw karburanti solidi jew likwidi b’kapaċità termali kkwalifikata totali li ma taqbiżx il-500 MW li nħarġilhom permess qabel is-27 ta’ Novembru 2002 jew li l-operaturi tagħhom kienu ppreżentaw applikazzjoni kompluta għall-permess qabel dik id-data, bil-kondizzjoni li l-impjant beda jitħaddem mhux aktar tard mis-27 ta’ Novembru 2003, u li ma jitħaddimx iktar minn 1,500 siegħa ta’ tħaddim fis-sena bħala medja li tinbidel tul perijodu ta’ ħames snin, għandhom ikunu suġġetti għall-valur limitu tal-emissjonijiet għall-NOx ta’ 450 mg/Nm3.

Impjanti ta’ kombustjoni li jużaw karburanti solidi b’kapaċità termali kklassifikata totali akbar minn 500 MW, li nħarġilhom permess qabel l-1 ta’ Lulju 1987, u li ma jitħaddmux iktar minn 1 500 siegħa ta’ tħaddim fis-sena bħala medja tul perijodu ta’ ħames snin, għandhom ikunu suġġetti għal valur limitu tal-emissjonijiet tal-NOx ta’ 450 mg/Nm3.

L-impjanti ta’ kombustjoni li jużaw karburanti likwidi b’kapaċità termali totali kklassifikata ta’ dħul akbar minn 500 MW, li nħarġilhom permess qabel is-27 ta’ Novembru 2002 jew li l-operaturi tagħhom kienu ppreżentaw applikazzjoni kompluta għall-permess qabel dik id-data, bil-kondizzjoni li l-impjant beda jitħaddem mhux aktar tard mis-27 ta’ Novembru 2003, u li ma jitħaddimx għal aktar minn 1 500 siegħa ta’ tħaddim fis-sena bħala medja mobbli matul perijodu ta’ ħames snin, għandhom ikunu suġġetti għal valur limitu tal-emissjonijiet għall-NOx ta’ 400 mg/Nm3.

Parti minn impjant ta’ kombustjoni li tarmi l-gassijiet ta’ skart tagħha permezz ta’ kanal wieħed jew aktar għall-iskart separat f’ċumnija komuni, u li ma titħaddimx għal aktar minn 1 500 siegħa ta’ tħaddim kull sena bħala medja mobbli matul perijodu ta’ ħames snin, tista’ tkun suġġetta għall-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fit-tliet paragrafi preċedenti fir-rigward tal-kapaċità termali kkwalifikata totali tal-impjant sħiħ ta’ kombustjoni. F’każijiet bħal dawn l-emissjonijiet minn kull wieħed minn dawn il-kanali għall-iskart għandhom ikunu kkontrollati separatament.

5.

It-turbini tal-gass (inkluż CCGT) li jużaw distillati ħfief jew medji bħala karburanti likwidi għandhom ikunu suġġetti għal valur limitu tal-emissjonijiet għall-NOx ta’ 90 mg/Nm3 u għal CO ta’ 100 mg/Nm3.

It-turbini tal-gass għall-użu ta’ emerġenza li jitħaddmu għal inqas minn 500 siegħa ta’ tħaddim kull sena mhumiex koperti bil-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti f’dan il-punt. L-operatur ta’ tali impjanti għandu jirreġistra s-sigħat ta’ tħaddim użati.

6.

Valuri limitu tal-emissjonijiet (mg/Nm3) għall-NOx u CO għall-impjanti ta’ kombustjoni mħaddma bil-gass



 

NOx

CO

Impjanti ta’ kombustjoni li jaħarqu gass naturali bl-eċċezzjoni ta’ turbini tal-gass u magni tal-gass

100

100

Impjanti ta’ kombustjoni li jaħarqu gass blast furnace, gass tal-forn tal-kokk jew gassijiet kalorifiċi baxxi mill-gassifikazzjoni ta’ residwi tar-raffineriji, bl-eċċezzjoni ta’ turbini tal-gass u l-magni tal-gass

200 (4)

—

Impjanti ta’ kombustjoni li jaħarqu gassijiet oħra bl-eċċezzjoni ta’ turbini tal-gass u l-magni tal-gass

200 (4)

—

Turbini tal-gass (inkluż CCGT), li jużaw il-gass naturali (1) bħala karburant

50 (2) (4)

100

Turbini tal-gass (inkluż CCGT), li jużaw gass ijiet oħra bħala karburant

120

—

Magni li jaħdmu bil-gass

100

100

(1)   

Il-gass naturali huwa metan li jinħoloq naturali b’mhux iktar minn 20 % (skont il-volum) ta’ inerti u kostitwenti oħrajn.

(2)   

75 mg/Nm3 fil-każijiet li ġejjin, fejn l-effiċjenza tat-turbina tal-gass hi determinata mill-kondizzjonijiet tat-tagħbija bażi ISO:

(i)  turbini tal-gass, użati f’sistemi ta’ sħana u power kombinati li għandhom effiċjenza globali ta’ iktar minn 75 %;

(ii)  turbini tal-gass, użati f’impjanti ta’ ċiklu konġunti li għandhom effiċjenza elettrika globali medja annwali ta’ iktar minn 55 %;

(iii)  turbini tal-gass għal tħaddim mekkaniku.

(3)   

Għal turbini tal-gass ta’ ċiklu wieħed li ma jaqgħu taħt ebda waħda mill-kategoriji msemmija fil-nota (2), iżda li għandhom effiċjenza ta’ iktar minn 35 % - determinati bil-kondizzjonijiet ta’ tagħbija bażi ISO - il-valur limitu tal-emissjonijiet għall-NOx għandu jkun 50xη/35 fejn η hija l-effiċjenza tat-turbina tal-gass f’kondizzjonijiet ta’ tagħbija bażi ISO espressa bħala perċentwali.

(4)   

300 mg/Nm3 għal tali impjanti ta’ kombustjoni b’kapaċità termali kklassifikata totali li ma taqbiżx il-500 MWth li nħarġilhom permess qabel is-27 ta’ Novembru 2002 jew li l-operatur tagħhom kien ippreżenta applikazzjoni kompluta għall-permess qabel dik id-data, bil-kondizzjoni li l-impjant beda jitħaddem mhux aktar tard mis-27 ta’ Novembru 2003.

Għal turbini tal-gass (inkluż CCGT), il-valuri limitu tal-emissjonijiet tal-NOx u CO stabbiliti f’dan il-punt japplikaw biss f’tagħbija ogħla minn 70 %.

Għat-turbini tal-gass (inkluż CCGT) li nħarġilhom permess qabel is-27 ta’ Novembru 2002 jew li l-operaturi tagħhom kienu ppreżentaw applikazzjoni kompluta għall-permess qabel dik id-data sakemm l-impjant beda jitħaddem mhux aktar tard mis-27 ta’ Novembru 2003, u li ma jitħaddimx għal aktar minn 1 500 siegħa ta’ tħaddim kull sena bħala medja mobbli matul perijodu ta’ ħames snin, il-valur limitu tal-emissjonijiet għall-NOx huwa 150 mg/Nm3 meta jaħarqu gass naturali u 200 mg/Nm3 meta jaħarqu gassijiet jew karburanti likwidi oħrajn.

Parti minn impjant ta’ kombustjoni li tarmi l-gassijiet ta’ skart tagħha permezz ta’ kanal wieħed jew aktar għall-iskart separat f’ċumnija komuni, u li ma titħaddimx għal aktar minn 1 500 siegħa ta’ tħaddim kull sena bħala medja mobbli matul perijodu ta’ ħames snin, tista’ tkun suġġetta għall-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-paragrafu preċedenti fir-rigward tal-kapaċità termali kklassifikata totali tal-impjant sħiħ ta’ kombustjoni. F’każijiet bħal dawn l-emissjonijiet minn kull wieħed minn dawk il-kanali għall-iskart għandhom ikunu kkontrollati separatament.

Turbini tal-gass u magni tal-gass għal użu ta’ emerġenza li jitħaddmu għal inqas minn 500 siegħa ta’ tħaddim fis-sena m’humiex koperti mill- valuri limiti tal-emissjonijiet. L-operatur ta’ dawn l-impjanti għandu jirreġistra s-sigħat ta’ tħaddim użati.

7.

Valuri limitu tal-emissjonijiet (mg/Nm3) għat-trab għal impjanti ta’ kombustjoni li jużaw karburanti solidi jew likwidi bl-eċċezzjoni ta’ turbini tal-gass u magni tal-gass



Kapaċità termali kklassifikata totali (MW)

Faħam u linjite u karburanti solidi oħrajn

Bijomassa u pit

Karburanti likwidi (1)

50-100

30

30

30

100-300

25

20

25

> 300

20

20

20

(1)   

Il-valur limitu tal-emissjonijiet huwa ta’ 50 mg/Nm3 għall-ħruq tar-residwi ta’ distillazzjoni u konverżjoni mir-raffinar ta’ żejt mhux raffinat għall-konsum tagħhom stess f’impjanti ta’ kombustjoni, li nħarġilhom permess qabel is-27 ta’ Novembru 2002 jew li l-operatur tagħhom kien ippreżenta applikazzjoni kompluta għall-permess qabel dik id-data, bil-kondizzjoni li l-impjant beda jitħaddem mhux aktar tard mis-27 ta’ Novembru 2003.

8.

Valuri limitu tal-emissjonijiet (mg/Nm3) għat-trab għall-impjanti ta’ kombustjoni li jużaw karburanti solidi jew likwidi bl-eċċezzjoni ta’ turbini tal-gass u magni tal-gass



B’mod ġenerali

5

Gass ta’ blast furnace

10

Gassijiet prodotti mill-industrija tal-azzar li jistgħu jintużaw imkien ieħor

30

PARTI 2

Valuri limitu tal-emissjonijiet għall-impjanti ta’ kombustjoni msemmija fl-Artikolu 30(3)

1.

Il-valuri limitu kollha tal-emissjonijiet għandhom jiġu kkalkolati f’temperatura ta’ 273,15 K, pressjoni ta’ 101,3 kPa u wara korrezzjoni għall-kontenut ta’ fwar fil-gassijiet ta’ skart u b’kontenut standardizzat ta’ O2 ta’ 6 % ta’ karburanti solidi, 3 % għall-impjanti ta’ kombustjoni minbarra turbini tal-gass jew magni tal-gass bl-użu ta’ karburanti likwidi jew gassużi u 15 % għal turbini tal-gass u magni tal-gass.

Fil-każ ta’ turbini tal-gass b’ċiklu konġunt (CCGT) bi ħruq supplimentari, il-kontenut standardizzat ta’ O2 jista’ jiġi ddefenit mill-awtorità kompetenti, billi tqis il-karatteristiċi speċifiċi għall-installazzjoni kkonċernata.

2.

Valuri limitu tal-emissjonijiet (mg/Nm3) għall-SO2 għall-impjanti ta’ kombustjoni li jużaw karburanti solidi jew likwidi bl-eċċezzjoni ta’ turbini tal-gass u magni tal-gass



Kapaċità termali kklassifikata totali (MW)

Faħam u linjite u karburanti solidi oħrajn

Bijomassa

Pit

Karburanti likwidi

50-100

400

200

300

350

100-300

200

200

300

250 fil-każ ta’ kombustjoni b’sodda fluwidifikata

200

> 300

150

200 fil-każ ta’ kombustjoni b’sodda fluwidifikata b’ċirkulazzjoni jew ippressata

150

150

200 fil-każ ta’ kombustjoni b’sodda fluwidifikata

150

3.

Valuri limitu tal-emissjonijiet (mg/Nm3) għall-SO2 għall-impjanti ta’ kombustjoni li jużaw karburanti gassużi bl-eċċezzjoni ta’ turbini tal-gass u magni tal-gass



B’mod ġenerali

35

Gass likwifikat

5

Gassijiet kalorifiċi baxxi minn forn tal-coke

400

Gassijiet kalorifiċi baxxi minn blast furnace

200

4.

Valuri limitu tal-emissjonijiet (mg/Nm3) għall-NOx għal impjanti ta’ kombustjoni li jużaw karburanti solidi jew likwidi bl-eċċezzjoni ta’ turbini tal-gass u magni tal-gass



Kapaċità termali kklassifikata totali (MW)

Faħam u linjite u karburanti solidi oħrajn

Bijomassa u pit

Karburanti likwidi

50-100

300

400 fil-każ ta’ kombustjoni b’linjite pulverizzat

250

300

100-300

200

200

150

> 300

150

200 fil-każ ta’ kombustjoni b’linjite pulverizzat

150

100

5.

It-turbini tal-gass (inkluż CCGT) li jużaw distillati ħfief jew medji bħala karburanti likwidi għandhom ikunu suġġetti għall-valur limitu tal-emissjonijiet għall-NOx ta’ 50 mg/Nm3 u għal CO ta’ 100 mg/Nm3.

It-turbini tal-gass għall-użu ta’ emerġenza li jitħaddmu għal inqas minn 500 siegħa ta’ tħaddim kull sena mhumiex koperti bil-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti f’dan il-punt. L-operatur ta’ tali impjanti għandu jirreġistra s-sigħat ta’ tħaddim użati.

6.

Valuri limitu tal-emissjonijiet (mg/Nm3) għall-NOx u CO għall-impjanti ta’ kombustjoni mħaddma bil-gass



 

NOx

CO

Impjanti tal-gass minbarra turbini tal-gass u magni tal-gass

100

100

Turbini tal-gass (inkluż CCGT)

50 (1)

100

Magni tal-gass

75

100

(1)   

Għat-turbini tal-gass ta’ ċiklu wieħed li għandhom effiċjenza ta’ iktar minn 35 % - determinata bil-kondizzjonijiet ta’ tagħbija bażi ISO - il-valur limitu tal-emissjonijiet għall-NOx għandu jkun 50xη/35 fejn η hija l-effiċjenza tat-turbin tal-gass, bil-kondizzjonijiet ta’ tagħbija bażi ISO, espressa bħala perċentwali.

Għat-turbini tal-gass (inkluż CCGT), il-valuri limitu tal-emissjonijiet tal-NOx u CO stabbiliti f’dan il-punt japplikaw biss f’tagħbija ogħla minn 70 %.

Turbini tal-gass u magni tal-gass għal użu ta’ emerġenza li jitħaddmu għal inqas minn 500 siegħa ta’ tħaddim fis-sena m’humiex koperti mill- valuri limiti tal-emissjonijiet. L-operatur ta’ dawn l-impjanti għandu jirreġistra s-sigħat ta’ tħaddim użati.

7.

Valuri limitu tal-emissjonijiet (mg/Nm3) għat-trab għall-impjanti ta’ kombustjoni li jużaw karburanti solidi jew likwidi bl-eċċezzjoni ta’ turbini tal-gass u magni tal-gass



Kapaċità termali kklassifikata totali (MW)

 

50- 300

20

> 300

10

20 għal bijomassa u pit

8.

Valuri limitu tal-emissjonijiet (mg/Nm3) għat-trab għall-impjanti ta’ kombustjoni li jużaw karburanti solidi jew likwidi bl-eċċezzjoni ta’ turbini tal-gass u magni tal-gass



B’mod ġenerali

5

Gass ta’ blast furnace

10

Gassijiet prodotti mill-industrija tal-azzar li jistgħu jintużaw imkien ieħor

30

PARTI 3

Monitoraġġ tal-emissjonijiet

1.

Il-konċentrazzjonijiet ta’ SO2, NOx, u trab f’gassijiet ta’skart minn kull impjant ta’ kombustjoni b’kapaċità termali kkwalifikata totali ta’ 100 MW jew iktar għandha titkejjel kontinwament.

Il-konċentrazzjoni ta’ CO f’gassijiet ta’ skart minn impjanti ta’ kombustjoni li jaħarqu karburanti gassużi b’kapaċità termali kkwalifikata totali ta’ 100 MW jew aktar għandha titkejjel kontinwament.

2.

L-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li ma tkunx teħtieġ il-kejl kontinwu msemmi fil-punt 1 fil-każijiet li ġejjin:

(a) 

għal impjanti ta’ kombustjoni b’ħajja ta’ inqas minn 10 000 siegħa ta’ tħaddim;

(b) 

għall-SO2 u trab minn impjanti ta’ kombustjoni li jaħarqu gass naturali;

(c) 

għall-SO2 minn impjanti ta’ kombustjoni li jaħarqu żejt b’kontenut magħruf tal-kubrit f’każijiet meta ma hemm ebda tagħmir ta’ desulfurizzazzjoni ta’ gass ta’ skart;

(d) 

għall-SO2 minn impjanti ta’ kombustjoni li jaħarqu l-bijomassa jekk l-operatur jista’ jipprova li l-emissjonijiet SO2 ma jistgħu taħt ebda ċirkostanzi jkunu ogħla mill-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti.

3.

Fejn mhux meħtieġ kejl kontinwu, għandu jkun meħtieġ kejl ta’ SO2, NOx, trab u, għal impjanti mħaddma bil-gass, għal CO ukoll mill-inqas darba kull sitt xhur.

4.

Għall-impjanti ta’ kombustjoni li jaħarqu faħam jew linjite, l-emissjonijiet ta’ merkurju totali għandhom jitkejlu mill-inqas darba fis-sena.

5.

Bħala alternattiva għall-kejl ta’ SO2 u NOx imsemmija fil-punt 3, proċeduri oħra, verifikati u approvati mill- awtorità kompetenti, jistgħu jintużaw biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet ta’ SO2 u NOx. Dawn il-proċeduri għandhom jużaw standards rilevanti CEN jew, jekk CEN standards mhumiex disponibbli, l-istandards ISO, standards nazzjonali jew standards internazzjonali oħra li jiżguraw l-għotja ta’ data ta’ kwalità xjentifika ekwivalenti.

6.

L- awtorità kompetenti għandha tkun infurmata bil-bidliet sinifikanti fit-tip ta’ karburant użat jew bil-mod tat-tħaddim tal-impjant. L-awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi jekk ir-rekwiżiti ta’ monitoraġġ stabbiliti fil-punti 1 sa 4 għadhomx adegwati jew jeħtiġux adattament.

7.

Il-kejl kontinwu mwettaq b’konformità mal-punt 1 għandu jinkludi l-kejl tal-kontenut tal-ossiġnu, tat-temperatura, tal-pressa u tal-kontenut tal-fwar tal-ilma fil-gassijiet ta’ skart. Il-kejl kontinwu tal-kontenut tal-fwar tal-ilma tal-gassijiet tal-iskart m’għandhomx ikunu meħtieġa, bil-kondizzjoni li l-gass ta’ skart meħud bħala kampjun ikun imnixxef qabel ma jkunu analizzati l-emissjonijiet.

8.

Il-kampjunament u l-analiżi ta’ sustanzi niġġiesa relevanti u kejl tal-parametri ta’ proċess kif ukoll il-garanzija tal-kwalità tas-sistemi ta’ kejl awtomizzati u l-metodi ta’ kejl ta’ referenza biex jikkalibraw dawk is-sistemi għandhom jitwettqu skont l-istandards CEN. Jekk l-istandards CEN mhumiex disponibbli, għandhom japplikaw l-istandards ISO, standards nazzjonali jew standards internazzjonali oħra li jiżguraw l-għotja ta’ data ta’ kwalità xjentifika ekwivalenti.

Is-sistemi awtomizzati ta’ kejl għandhom ikunu suġġetti għal kontroll permezz ta’ kejl parallel mal-metodi ta’ referenza mill-inqas darba fis-sena.

▼M1

L-operatur għandu jinforma lill-awtorità kompetenti dwar ir-riżultati tal-verifika tas-sistemi awtomizzati ta’ kejl mingħajr dewmien mhux dovut.

▼B

9.

Fil-livell tal-valur limitu tal-emissjonijiet ta’ kull jum, il-valuri tal-intervalli ta’ kunfidenza ta’ 95 % ta’ riżultat imkejjel wieħed m’għandhomx jeċċedu l-perċentwali li ġejjin tal-valuri limitu tal-emissjoni:



Monossidu tal-karbonju

10 %

Dijossidu tal-kubrit

20 %

Ossidi tan-nitroġenu

20 %

Trab

30 %

10.

Il-valuri medji validati kull siegħa u kull jum għandhom ikunu stabbiliti mill-valuri medji mkejla validati kull siegħa wara t-tnaqqis tal-valur tal-intervall ta’ kunfidenza speċifikat fil-punt 9.

▼M1

Kwalunkwe jum li fih ikunu invalidi aktar minn tliet valuri medji kull siegħa minħabba tħaddim ħażin jew minħabba manutenzjoni tas-sistema awtomizzata ta’ kejl, għandu jkun invalidat. Jekk ikunu invalidati aktar minn għaxart ijiem f’sena għal dawn is-sitwazzjonijiet, l-awtorità kompetenti għandha tesiġi li l-operatur jieħu miżuri adegwati biex itejjeb l-affidabbiltà tas-sistema awtomizzata ta’ kejl mingħajr dewmien mhux dovut.

▼B

11.

Fil-każ ta’ impjanti li għandhom jikkonformaw mar-rati ta’ tneħħija tal-kubrit imsemmijin fl-Artikolu 31, anki l-kontenut tal-kubrit fil-karburant li jinħaraq fl-impjant ta’ kombustjoni għandu jiġi wkoll immonitorjat regolarment. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu infurmati dwar tibdil sostanzjali fit-tip ta’ karburant użat.

PARTI 4

Valutazzjoni tal-konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet

1.

Fil-każ ta’ kejl kontinwu, il-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-Partijiet 1 u 2 għandhom jitqiesu bħala li kien hemm konformità magħhom, jekk l-evalwazzjoni tar-riżultati tal-kejl tindika li, għas-sigħat ta’ tħaddim f’sena kalendarja, ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-ebda valur medju validat ta’ xahar ma jeċċedi l-valuri limitu rilevanti tal-emissjonijiet stabbiliti fil-Partijiet 1 u 2;

(b) 

l-ebda valur medju validat ta’ jum ma jeċċedi l-110 % tal-valuri limitu rilevanti tal-emissjonijiet stabbiliti fil-Partijiet 1 u 2;

(c) 

fil-każijiet ta’ impjanti ta’ kombustjoni magħmula biss minn bojlers li jużaw faħam b’kapaċità termali kkwalifikata totali taħt il-50 MW, l-ebda valur medju validat ta’ jum ma jeċċedi l-150 % tal-valuri limitu rilevanti tal-emissjonijiet stabbiliti fil-Partijiet 1 u 2;

(d) 

95 % tal-valuri medji validati fis-siegħa matul is-sena ma jeċċedux il-200 % tal-valuri limitu rilevanti tal-emissjonijiet stabbiliti fil-Partijiet 1 u 2.

Il-valuri medji vvalidati huma ddeterminati kif stabbilit fil-punt 10 tal-Parti 3.

Għall-finijiet tal-kalkolu tal-valuri medji tal-emissjonijiet, il-valuri mkejla matul il-perijodi msemmija fl-Artikolu 30(5) u (6) u l-Artikolu 37 kif ukoll matul il-perijodi ta’ bidu tat-tħaddim jew ta’ tifi m’għandhomx jiġu kkunsidrati.

2.

Fejn ma jkunx meħtieġ kejl kontinwu, il-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-Partijiet 1 u 2 għandhom jitqiesu li kien hemm konformità magħhom jekk ir-riżultati ta’ kull waħda mis-serje ta’ kejl jew ta’ proċeduri oħra definiti u determinati skont ir-regoli stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti ma jaqbżux il-valuri limitu tal-emissjonijiet.

PARTI 5

Rata minima ta’ tneħħija tal-kubrit

1.

Rata minima ta’ tneħħija tal-kubrit għall-impjanti ta’ kombustjoni msemmijin fl-Artikolu 30(2)



Kapaċità termali kklassifikata totali (MW)

Rata minima ta’ tneħħija tal-kubrit

Impjanti li nħarġilhom permess qabel is-27 ta’ Novembru 2002 jew li l-operaturi tagħhom kienu ppreżentaw applikazzjoni kompluta għall-permess qabel dik id-data sakemm l-impjant beda jitħaddem mhux aktar tard mis-27 ta’ Novembru 2003

Impjanti oħra

50-100

80 %

92 %

100-300

90 %

92 %

> 300

96 % (1)

96 %

(1)   

Għall-impjanti ta’ kombustjoni alimentati minn żejt tal-oil shale, ir-rata minima ta’ kombustjoni tat-tneħħija tal-kubrit hija ta’ 95 %.

2.

Rata minima ta’ tneħħija tal-kubrit għall-impjanti ta’ kombustjoni msemmijin fl-Artikolu 30(3)



Kapaċità termali kklassifikata totali (MW)

Rata minima ta’ tneħħija tal-kubrit

50-100

93 %

100-300

93 %

> 300

97 %

PARTI 6

Konformità mar-rata ta’ tneħħija tal-kubrit

Ir-rati minimi ta’ tneħħija tal-kubrit stabbiliti fil-Parti 5 ta’ dan l-Anness għandhom japplikaw bħala valur limitu medju ta’ kull xahar.

PARTI 7

Valuri limitu medji tal-emissjonijiet għall-impjanti ta’ kombustjoni multi-karburanti f’raffinerija

Valuri limitu medji tal-emissjonijiet (mg/Nm3) għad-diossidu tal-kubrit għall-impjanti ta’ kombustjoni multikarburanti f’raffinerija, minbarra turbini tal-gass u magni tal-gass, li jużaw ir-residwi ta’ distillazzjoni u konverżjoni mir-raffinar ta’ żejt mhux raffinat għall-konsum tagħhom stess, waħdu jew ma’ karburanti oħra:

(a) 

għall-impjanti ta’ kombustjoni li nħarġilhom permess qabel is-27 ta’ Novembru 2002 jew li l-operaturi tagħhom kienu ppreżentaw applikazzjoni kompluta għall-permess qabel dik id-data, bil-kondizzjoni li l-impjant beda jitħaddem mhux aktar tard mis-27 ta’ Novembru 2003: 1 000  mg/Nm3;

(b) 

għal impjanti ta’ kombustjoni oħra: 600 mg/Nm3.

Dawn il-valuri limitu tal-emissjonijiet għandhom jiġu kkalkulati f’temperatura ta’ 273,15 K, pressjoni ta’ 101,3 kPa u wara korrezzjoni għall-kontenut tal-fwar tal-ilma tal-gassijiet ta’ skart u kontenut standardizzat O2 ta’ 6 % għall-karburanti solidi u 3 % għall-karburanti likwidi u gassużi.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.