+ANNESS VIII Dispożizzjonijiet tekniċi dwar l-installazzjonijiet li jipproduċu d-diossidu tat-titanju

ANNESS VIII Dispożizzjonijiet tekniċi dwar l-installazzjonijiet li jipproduċu d-diossidu tat-titanju




ANNESS VIII

Dispożizzjonijiet tekniċi dwar l-installazzjonijiet li jipproduċu d-diossidu tat-titanju

PARTI 1

Il-valuri limitu tal-emissjonijiet għall-emissjonijiet fl-ilma

1.

Fil-każ ta’ installazzjonijiet li jużaw il-proċess tas-sulfat (bħala medja annwali):

550 kg ta’ sulfat totali kull tunnellata metrika ta’ diossidu tat-titanju prodotta;

2.

Fil-każ ta’ installazzjonijiet li jużaw il-proċess tal-kloridu (bħala medja annwali):

(a) 

130 kg kloridu għal kull tunnellata metrika ta’ diossidu tat-titanju prodott fejn jintuża r-rutile newtrali,

(b) 

228 kg kloridu għal kull tunnellata metrika ta’ diossidu tat-titanju prodott fejn jintuża r-rutile sintetiku,

(c) 

330 kg kloridu għal kull tunnellata metrika ta’ diossidu tat-titanju prodott fejn tintuża l-kagazza. Installazzjonijiet li jarmu f’ilma mielaħ (tal-estwarju, kostali, baħar miftuħ) jistgħu jkunu suġġetti għal valur limitu tal-emissjonijiet ta’ 450 kg kloridu kull tunnellata metrika ta’ diossidu tat-titanju prodott fejn tintuża l-kagazza.

3.

Għal installazzjonijiet li jużaw il-proċess tal-kloridu u li jużaw aktar minn tip wieħed ta’ mineral, il-valuri limitu tal-emissjonijiet fil-punt 2 għandhom japplikaw fi proporzjon tal-kwantità tal-minerali użati.

PARTI 2

Valuri limitu tal-emissjonijiet fl-arja

1.

Il-valuri limitu kollha tal-emissjonijiet li huma espressi bħala konċentrazzjonijiet f’massa kull metru kubu (Nm3) għandhom jiġu kkalkulati f’ temperatura ta’ 273,15 K u pressjoni ta’ 101,3 kPa.

2.

Għat-trab: 50 mg/Nm3 bħala medja ta’ siegħa minn sorsi maġġuri u 150 mg/Nm3 bħala medja ta’ siegħa minn kwalunkwe sors ieħor.

3.

Għad-diossidu u triossidu tal-kubrit gassużi, skarikati mid-diġestjoni u l-kalċinazzjoni inkluż qtajriet ta’ aċidu meqjusa bħala ekwivalenti għall-SO2:

(a) 

6 kg għal kull tunellata ta’ diossidu tat-titanju prodott bħala medja annwali;

(b) 

500 mg/Nm3 bħala rata ta’ kull siegħa għal impjanti għall-konċentrazzjoni ta’ aċidi mill-iskart.

4.

Għall-klorin fil-każ ta’ installazzjonijiet li jużaw il-proċess tal-kloridu:

(a) 

5 mg/Nm3 bħala medja ta’ kull jum;

(b) 

40 mg/Nm3 fi kwalunkwe ħin.

PARTI 3

Monitoraġġ tal-emissjonijiet

Il-monitoraġġ tal-emissjonijiet fl-arja għandu jinkludi tal-anqas il-monitoraġġ kontinwu ta’:

(a) 

diossidu u triossidu tal-kubrit gassuż skarikat mid-diġestjoni u l-kalċinazzjoni minn pjanti għall-konċentrazzjoni tal-aċidi tal-iskart fi installazzjonijiet li jużaw il-proċess tas-sulfat;

(b) 

kloru minn sorsi maġġuri fl-installazzjonijiet li jużaw il-proċess tal-klorur;

(c) 

trab minn sorsi maġġuri.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.