|
+Artikolu 7 Żvilupp u reviżjoni tal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE ---+Article 7 1. ---+Article 7 2. ---+Article 7 3. ---+Article 7 4. |
Artikolu 7 Żvilupp u reviżjoni tal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UEArtikolu 7 Żvilupp u reviżjoni tal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE 1. Wara li tikkonsulta lill-EUEB, il-Kummissjoni l-Istati Membri, il-korpi kompetenti u l-partijiet interessati l-oħra jistgħu jagħtu bidu u jmexxu l-iżvilupp jew ir-reviżjoni tal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE. Fejn tali partijiet interessati oħra jitqiegħdu jmexxu l-iżvilupp tal-kriterji, dawn għandhom juru esperjenza esperta fil-qasam tal-prodott, kif ukoll il-kapaċità li jmexxu l-proċess b'newtralità u f'konformità mal-għanijiet ta' dan ir-Regolament. F'dan ir-rigward, il-konsorzji li jikkonsistu f'aktar minn grupp ta' interess wieħed għandhom jiġu ppreferuti. Il-parti li tagħti bidu u tmexxi l-iżvilupp jew ir-reviżjoni tal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għandha, f'konformità mal-proċedura stabbilita fil-Parti A tal-Anness I, tippreżenta d-dokumenti li ġejjin: (a) rapport preliminari; (b) proposta għal abbozz ta' kriterji; (c) rapport tekniku b’sostenn tal- proposta għal abbozz ta' kriterji; (d) rapport finali; (e) manwal għall-utenti potenzjali tal-Ekotikketta tal-UE u għall-entitjaiet kompetenti; (f) manwal għall-awtoritajiet li jagħtu l-kuntratti pubbliċi. Dawk id-dokumenti għandhom jitressqu quddiem il-Kummissjoni u lill-EUEB. 2. Fejn ikunu diġà ġew żviluppati kriterji taħt skema oħra ta' ekotikketta li tikkonforma mar-rekwiżiti tat-tikketti ambjentali EN ISO 14024 tat-tip I għal grupp ta' prodotti li għalih m'hemm stabbiliti ebda kriterju tal-Ekotikketta tal-UE, kwalunkwe Stat Membru fejn tkun rikonoxxuta l-iskema l-oħra ta' ekotikketta, jista', wara li jikkonsulta lill-Kummissjoni u lill-EUEB, jipproponi dawk il-kriterji biex jiġu żviluppati taħt l-iskema tal-Ekotikketta tal-UE. F’każijiet bħal dawn, tista’ tapplika l-proċedura mqassra għall-iżvilupp tal-kriterji stabbilita fl-Anness I, sakemm il-kriterji proposti jkunu ġew żviluppati skont il-Parti A tal-Anness I. Għandha tmexxi dik il-proċedura jew il-Kummissjoni jew l-Istat Membru li, skont l-ewwel subparagrafu, kien ippropona l-proċedura mqassra għall-iżvilupp tal-kriterji. 3. Fejn ikun hemm il-ħtieġa ta' reviżjoni mhux sostanzjali tal-kriterji, tista’ tapplika l-proċedura ta’ reviżjoni mqassra stabbilita fil-Parti C tal-Anness I. 4. Sa 19 ta’ Frar 2011, l-EUEB u l-Kummissjoni għandhom jaqblu dwar pjan ta’ ħidma li jinkludi strateġija u lista mhux eżawrjenti ta’ gruppi ta' prodotti. Dan il-pjan għandu jqis azzjonijiet oħra tal-Kummissjoni (pereżempju fil-qasam tal-akkwist pubbliku ekoloġiku) u jista’ jkun aġġornat skont l-aħħar objettivi strateġiċi tal-Komunità fil-qasam tal-ambjent. Dan il-pjan għandu jiġi aġġornat regolarment. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|