|
+Artikolu 8 Stabbiliment tal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE ---+Article 8 1. ---+Article 8 2. ---+Article 8 3. ---+Article 8 4. |
Artikolu 8 Stabbiliment tal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UEArtikolu 8 Stabbiliment tal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE 1. Għandu jiġi mfassal abbozz ta’ kriterji tal-Ekotikketta tal-UE skont il-proċedura stabbilita fl-Aness I u b'kont meħud tal-pjan ta’ ħidma. 2. Wara li tikkonsulta lill-EUEB, il-Kummissjoni għandha, mhux inqas minn disa’ xhur wara, tadotta miżuri sabiex tistabbilixxi kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE għal kull grupp ta’ prodotti. Dawn il-miżuri għandhom ikunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Fil-proposta finali tagħha, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-kummenti tal-EUEB u b'mod ċar għandha tenfasizza, tiddokumenta u tagħti spjegazzjonijiet dwar ir-raġunijiet li wasslu għal xi tibdil fil-proposta finali tagħha meta mqabbla mal-proposta għal abbozz ta' kriterji mressqa wara l-konsultazzjoni mal-EUEB. Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 16(2). 3. Fil-miżuri li jissemmew fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha: (a) tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-valutazzjoni tal-konformità ta’ prodotti speċifiċi mal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE (“rekwiżiti tal-valutazzjoni”); (b) tispeċifika, għal kull grupp ta' prodotti, it-tliet karatteristiċi ambjentali ewlenin li jistgħu jintwerew fit-tikketta fakultattiva b’kaxxa bil-kitba deskritta fl-Anness II; (c) tispeċifika, għal kull grupp ta' prodotti, il-perijodu rilevanti ta’ validità tal-kriterji u tar-rekwiżiti ta' valutazzjoni; (d) tispeċifika kemm il-varjabbiltà tal-prodott tista’ tinbidel matul il-perjodu ta’ validità li hemm referenza għalih fil-punt (c). 4. Meta jiġu stabbiliti l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE, wieħed għandu joqgħod attent li ma jkunux introdotti miżuri li l-implimentazzjoni tagħhom tista’ timponi piżijiet amministrattivi u ekonomiċi sproporzjonati fuq l-SMEs. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|