|
+Artikolu 2 Definizzjonijiet |
Artikolu 2 DefinizzjonijietArtikolu 2 Definizzjonijiet Għall-ifinijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“aċċident” tfisser okkorrenza marbuta mal-operat ta’ inġenju tal-ajru li, fil-każ ta’ inġenju tal-ajru bl-ekwipaġġ, isseħħ fil-ħin minn meta kwalunkwe persuna titla’ abbord l-inġenju tal-ajru għall-għanijiet ta’ titjira sal-ħin meta kull persuna tali tkun niżlet minn fuqu, jew, fil-każ ta’ inġenju tal-ajru mingħajr ekwipaġġ, li sseħħ fil-ħin meta l-inġenju tal-ajru jkun lest biex jitlaq bil-ħsieb li jittajjar sal-ħin meta jinżel fi tmiem it-titjira u tintefa’ s-sistema ewlenija ta’ propulsjoni tiegħu, u li fiha:
(a)
persuna tkun feruta b’mod fatali jew serju minħabba:
—
li tkun fl-inġenju tal-ajru, jew
—
li tiġi f’kuntatt dirett ma kwalunkwe parti mill-inġenju tal-ajru, inkluż ma’ partijiet li jkunu nqalgħu minnu, jew
—
li tkun esposta b’mod dirett għall-kolp ta’ riħ li joħroġ bil-qawwa mill-ġett,
ħlief meta l-feriti jkunu ġejjin minn kawżi naturali, kkaġunati mill-persuna nnifisha jew minn persuni oħra, jew meta l-feriti jkunu feriti fuq persuni mistoħbija f’partijiet li normalment ma jkunux disponibbli għall-passiġġieri u għall-ekwipaġġ; jew
(b)
l-inġenju tal-ajru ssirlu ħsara jew ikollu nuqqas strutturali li jaffettwa b’mod negattiv is-saħħa strutturali, il-prestazzjoni jew il-karatteristiċi tat-titjira tiegħu u li normalment tkun tirrikjedi ħafna tiswija jew il-bdil tal-komponent affettwat, ħlief għal meta l-magna ma tibqax taħdem jew issirilha ħsara, meta l-ħsara tkun limitata għal magna waħda (inkluża dik f’għatat (cowlings) jew aċċessorji tagħha), skrejjen, ponot tal-ġwienaħ, antenni, probes, vanes, tajers, brejkijiet, roti, fairings, panelli, bibien tat-tagħmir tal-inżul, windscreens, il-qoxra ta’ barra tal-inġenju tal-ajru (bħal għatniet jew toqob żgħar) jew fil-każ ta’ ħsarat żgħar fir-rotor blades prinċipali, fir-rotor blades ta’ wara, fit-tagħmir tal-inżul u dawk li jirriżultaw minħabba x-xita tas-silġ jew ħbit ma’ għasafar (inklużi toqob fir-radome); jew
(c)
l-inġenju tal-ajru jkun mitluf jew ma jkun aċċessibbli bl-ebda mod;
(2)
“rappreżentant akkreditat” tfisser persuna maħtura minn Stat, abbażi tal-kwalifiki tagħha, sabiex tieħu sehem f’investigazzjoni dwar is-sikurezza mwettqa minn Stat ieħor. Ir-rappreżentant akkreditat maħtur minn Stat Membru għandu jkun ġej minn awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza;
(3)
“konsulent” tfisser persuna maħtura minn Stat, abbażi tal-kwalifiki tagħha, sabiex tgħin lir-rappreżentant akkreditat tiegħu f’investigazzjoni dwar is-sikurezza;
(4)
“kawżi” tfisser azzjonijiet, omissjonijiet, avvenimenti, kundizzjonijiet, jew taħlita tagħhom, li wasslu għall-aċċident jew l-inċident; l-identifikazzjoni tal-kawżi ma timplikax l-għoti ta’ tort jew tar-responsabbiltà amministrattiva, ċivili jew kriminali;
(5)
“ferita fatali” tfisser ferita li ġġarrab persuna f’aċċident u li twassal għall-mewt tagħha fi żmien tletin jum minn meta jseħħ l-aċċident;
(6)
“reġistratur tat-titjira” tfisser kull tip ta’ reġistratur installat fl-inġenju tal-ajru sabiex jiffaċilita l-investigazzjonijiet tas-sikurezza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ aċċidenti/inċidenti;
(7)
“inċident” tfisser okkorrenza, minbarra aċċident, assoċjata mal-operat ta’ inġenju tal-ajru u li taffettwa jew li tista’ taffettwa s-sikurezza tal-operat;
(8)
“standards internazzjonali u prattika rakkomandata” tfisser l-istandards internazzjonali u l-prattika rakkomandata għall-investigazzjoni ta’ aċċidenti u inċidenti ta’ inġenji tal-ajru adottati skont l-Artikolu 37 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago;
(9)
“investigatur responsabbli” tfisser persuna li, abbażi tal-kwalifiki tagħha, tqabbdet bħala l-persuna responsabbli għall-organizzazzjoni, it-twettiq u l-kontroll ta’ investigazzjoni tas-sikurezza;
(10)
“operatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, li tħaddem jew li tipproponi li tħaddem inġenju tal-ajru wieħed jew aktar;
(11)
“persuna involuta” tfisser il-proprjetarju, membru tal-ekwipaġġ, l-operatur tal-inġenju tal-ajru involut f’aċċident jew f’inċident serju; kwalunkwe persuna involuta fil-manutenzjoni, id-disinn, il-manifattura ta’ dak l-inġenju tal-ajru jew fit-taħriġ tal-ekwipaġġ tiegħu; kwalunkwe persuna involuta fil-forniment ta’ servizzi ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru, tas-servizzi ta’ informazzjoni dwar it-titjira jew tas-servizzi tal-ajruport li pprovdew servizzi għall-inġenju tal-ajru; persunal tal-awtorità nazzjonali tal-avjazzjoni ċivili; jew persunal tal-EASA;
(12)
“rapport preliminari” tfisser il-komunikazzjoni użata għad-disseminazzjoni immedjata ta’ data miksuba matul l-istadji bikrin tal-investigazzjoni;
(13)
“qraba” tfisser l-eqreb membri tal-familja jew il-persuni li jiġu mill-vittma u/jew persuni oħra konnessi mill-qrib mal-vittma ta’ aċċident, kif definit taħt il-liġi nazzjonali tal-vittma;
(14)
“investigazzjoni tas-sikurezza” tfisser proċess imwettaq minn awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza sabiex jiġu evitati l-aċċidenti u l-inċidenti u li jinkludi l-ġbir u l-analiżi tal-informazzjoni, it-tfassil ta’ konklużjonijiet, inkluż li wieħed jistabbilixxi l-kawża/i u l-fatturi li kkontribwew għalih u, fejn xieraq, il-ħruġ ta’ rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza;
(15)
“rakkomandazzjoni dwar is-sikurezza” tfisser proposta li tagħmel awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza, li tkun imsejsa fuq informazzjoni minn investigazzjoni tas-sikurezza jew minn għejjun oħra fosthom minn studji dwar is-sikurezza, u li ssir bil-ħsieb li jiġu evitati l-aċċidenti u l-inċidenti;
(16)
“inċident serju” tfisser inċident li jinvolvi ċirkustanzi li jindikaw li kien hemm probabbiltà kbira ta’ aċċident u li jkun assoċjat mal-operat ta’ inġenju tal-ajru, fejn, fil-każ ta’ inġenju tal-ajru bl-ekwipaġġ, dan l-operat iseħħ fil-ħin minn meta kwalunkwe persuna titla’ abbord l-inġenju tal-ajru għall-finijiet ta’ titjira sal-ħin meta kull persuna tali tkun niżlet minn fuqu, jew, fil-każ ta’ inġenju tal-ajru mingħajr ekwipaġġ, iseħħ mill-ħin meta l-inġenju tal-ajru jkun lest biex jitlaq għall-finijiet ta’ titjira sal-ħin meta jinżel fi tmiem it-titjira u tintefa’ s-sistema ewlenija ta’ propulsjoni tiegħu. (Fl-Anness tingħata lista ta’ eżempji ta’ inċidenti);
(17)
“ferita serja” tfisser ferita li ġġarrab persuna f’aċċident u li tinvolvi waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
perjodu ta’ żmien fl-isptar li jkun itwal minn 48 siegħa, li jibda fi żmien sebat ijiem minn meta ġġarrbet il-ferita;
(b)
ksur ta’ xi għadma (minbarra l-ksur sempliċi tas-swaba’ tal-id jew tas-sieq, jew il-ksur tal-imnieħer);
(c)
tiċrit tal-laħam li jikkawża emorraġija serja, ħsara fin-nervituri, fil-muskoli jew fl-għerq;
(d)
ferita fi kwalunkwe organu intern;
(e)
ħruq tat-tieni jew tat-tielet grad, jew kwalunkwe ħruq li jaffettwa iktar minn 5 % ta’ wiċċ il-ġisem;
(f)
espożizzjoni vverifikata għal sustanzi infettivi jew għal radjazzjoni perikoluża. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|