+ANNESS

ANNESS




ANNESS

Lista ta’ eżempji ta’ inċidenti serji

L-inċidenti elenkati huma eżempji tipiċi ta’ inċidenti li aktarx li jkunu inċidenti serji. Din il-lista mhijiex eżawrjenti u sservi biss bħala gwida fir-rigward tad-definizzjoni ta’ “inċident serju”:

— 
Kważi kolliżjoni li tirrikjedi manuvra ta’ evitar biex tevita kolliżjoni jew sitwazzjoni mhux sikura jew fejn azzjoni ta’ evitar kienet tkun xierqa,
— 
Titjira kkontrollata ġol-art (CFIT) evitata biss marġinalment,
— 
Tluq abortit fuq runway magħluqa jew okkupata, fuq taxiway, esklużi operazzjonijiet awtorizzati minn elikotteri, jew minn runway li mhijiex assenjata,
— 
Tluq minn runway magħluqa jew okkupata, fuq taxiway, esklużi operazzjonijiet awtorizzati minn elikotteri, jew minn runway li mhijiex assenjata,
— 
Inżul jew tentattiv ta’ nżul fuq runway magħluqa jew okkupata, fuq taxiway, esklużi operazzjonijiet awtorizzati minn elikotteri, jew fuq runway li mhijiex assenjata,
— 
Fallimenti maġġuri biex tinkiseb il-prestazzjoni prevista waqt tluq jew waqt it-tlugħ tal-bidu,
— 
Nar u duħħan fil-kompartiment tal-passiġġieri, fil-kompartament tat-tagħbija jew nirien fil-magni, ukoll jekk dawn in-nirien ġew mitfija bl-użu ta’ aġenti tat-tifi tan-nar,
— 
Avvenimenti li jkunu jeħtieġu l-użu ta’ emerġenza ta’ ossiġinu mill-ekwipaġġ ta’ titjira,
— 
Falliment strutturali fl-inġenju tal-ajru jew disintegrazzjoni tal-magna, inkluż nuqqasijiet inkontrollabbli tal-magna tat-turbina, li mhumiex klassifikati bħala aċċident,
— 
Ħsarat funzjonali multipli ta’ waħda jew iktar mis-sistemi ta’ inġenju tal-ajru li jaffetwaw b’mod serju l-operat tal-inġenju tal-ajru,
— 
Inkapaċitazzjoni tal-ekwipaġġ tat-titjira waqt it-titjira,
— 
Ammont ta’ karburant li jeħtieġ dikjarazzjoni ta’ emerġenza mill-pilota,
— 
Inkursjonijiet fuq runway klassifikati b’severità tal-grad A skont il-Manwal dwar il-Prevenzjoni ta’ Inkursjonijiet fuq Runway (ICAO Dok 9870) li fih tagħrif dwar il-klassifikazzjonijiet tas-severità,
— 
Inċidenti ta’ tluq jew inżul. Inċidenti bħal undershooting, overrunning jew ħruġ mill-ġnub ta’ runways,
— 
Falliment ta’ sistemi, fenomeni tat-temp, operat barra mill-pakkett approvat tat-titjira jew okkorrenzi oħra li setgħu kkawżaw diffikultajiet fil-kontroll tal-inġenju tal-ajru,
— 
Falliment ta’ aktar minn sistema waħda meta tkun sistema ta’ ridondanza li tkun obbligatorja għall-gwida tat-titjira u n-navigazzjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 19.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R0996
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.