+Artikolu 6 Rieżami u emenda tal-lista tas-sustanzi ristretti fl-Anness II
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
|
Artikolu 6 Rieżami u emenda tal-lista tas-sustanzi ristretti fl-Anness II
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1.
|
Bl-għan li jintlaħqu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 1 u waqt li jitqies il-prinċipju tal-prekawzjoni, rieżami, abbażi ta’ valutazzjoni bir-reqqa, u emenda tal-lista tas-sustanzi ristretti fl-Anness II għandha tiġi kkunsidrata mill-Kummissjoni qabel it-22 ta' Lulju 2014, u perjodikament wara dan fuq l-inizjattiva tagħha stess jew b’segwitu għat-tressiq ta’ propost minn Stat Membru li jkun fiha l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2. Ir-rieżami u l-emenda tal-lista tas-sustanzi ristrett fl-Anness II għandhom ikunu koerenti mal-leġiżlazzjoni l-oħra relatata mal-kimiċi, b’mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 1907/2006, u għandhom iqisu, inter alia, l-Annessi XIV u XVII għal dak ir-Regolament. Ir-rieżami għandu juża tagħrif disponibbli pubblikament miksub mill-applikazzjoni ta’ tali leġislazzjoni. Sabiex tirrieżamina u temenda l-Anness II, il-Kummissjoni għandha tqis b’mod speċjali jekk sustanza, inklużi sustanzi ta’ daqs zgħir ħafna jew bi struttura superfiċjali jew interna żgħira ħafna, jew grupp ta’ sustanzi simili:
(a)
jistgħux ikollhom impatt negattiv waqt l-operazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-iskart tal-EEE, inklużi fuq il-possibilitajiet ta’ tħejjija għall-użu mill-ġdid tal-iskart tal-EEE jew ta’ riċiklaġġ ta’ materjali mill-iskart tal-EEE;
(b)
jistgħu jirriżultaw, minħabba l-użi tagħha, f’rilaxx bla kontroll jew diffuż fl-ambjent tas-sustanza, jew jistgħu jirriżultaw f’residwi perikolużi, jew fit-trasformazzjoni jew degradazzjoni ta’ prodotti permezz tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ jew trattament ieħor ta’ materjali mill-iskart tal-EEE taħt il-kondizzjonijiet operattivi attwali;
(c)
jistgħu jwasslu għal esponiment inaċċettabbli tal-ħaddiema involuti fil-ġbir jew fil-proċessi ta’ trattament tal-iskart tal-EEE;
(d)
jistgħu jiġu sostitwiti minn sostituti jew tekonoloġiji alternattivi li għandhom impatti anqas negattivi.
Waqt dak ir-rieżami, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-partijiet interessati, inklużi operaturi ekonomiċi, riċiklaturi, operaturi tat-trattament, organizzazzjonijiet ambjentali u assoċjazzjonijiet tal-impjegati u tal-konsumaturi.
|
|
Artikolu 6 2.
|
Il-proposti għar-rieżami u l-emenda tal-lista tas-sustanzi ristretti, jew grupp ta’ sustanzi simili, fl-Anness II għandhom jinkludu tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:
(a)
formulazzjoni preċiża u ċara tar-restrizzjoni proposta;
(b)
evidenza b’referenzi u xjentifika għar-restrizzjoni;
(c)
informazzjoni dwar l-użu tas-sustanza jew il-grupp ta’ sustanzi simili fl-EEE;
(d)
informazzjoni dwar l-effetti ta’ ħsara u l-esponiment b’mod partikolari waqt l-operazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-iskart tal-EEE;
(e)
informazzjoni dwar is-sostituti possibbli u alternattivi oħrajn, id-disponibbiltà tagħhom u l-affidabilità tagħhom;
(f)
ġustifikazzjoni biex restrizzjoni fl-Unjoni kollha kemm hi tiġi kkunsidrata bħala l-aktar miżura xierqa;
(g)
valutazzjoni soċjo-ekonomika.
|
|
Artikolu 6 3.
|
Il-miżuri msemmijin f’dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 20 u soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 21 u 22.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 13.08.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0065
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|