|
+Artikolu 7 Obbligi tal-manifatturi |
Artikolu 7 Obbligi tal-manifatturiArtikolu 7 Obbligi tal-manifatturi L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(a)
meta jqiegħdu EEE fis-suq, il-manifatturi jiżguraw li dan ikun ġie iddisinjat u mmanifatturat skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 4;
(b)
il-manifatturi jfasslu d-dokumentazzjoni teknika meħtieġa u jwettqu l-proċedura ta’ kontroll intern f’konformità mal-modulu A tal-Anness II għad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE jew iqabbdu lil xi ħadd biex jagħmel dan;
(c)
fejn ikun intwera permezz tal-proċedura msemmija fil-punt (b) li l-EEE huwa konformi mar-rekwiżiti applikabbli, il-manifatturi jfasslu dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u jwaħħlu l-marka CE fuq il-prodott lest. Fejn leġislazzjoni oħra applikabbli tal-Unjoni tkun teħtieġ l-applikazzjoni ta’ proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li ma tkunx inqas stretta, il-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 4(1) ta’ din id-Direttiva tista’ tintwera fil-kuntest ta’ din il-proċedura. Tista’ titħejja dokumentazzjoni teknika waħdanija;
(d)
il-manifatturi jżommu d-dokumentazzjoni teknika u d-dikjarazzjoni ta’ konformita tal-UE għal għaxar snin wara li l-EEE ikun tqiegħed fis-suq;
(e)
il-manifatturi jiżguraw li jkunu ġew stabbiliti proċeduri sabiex il-produzzjoni ta’ serje tibqa’ konformi. It-tibdiliet fid-disinn jew il-karatteristiki u t-tibdiliet fl-istandards armonizzati jew fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li b’referenza għalihom tiġi ddikjarata l-konformità ta’ EEE għandhom jitqiesu b’mod adegwat;
(f)
il-manifatturi jżommu reġistru tal-EEE li ma jkunux konformi u ta’ prodotti li kellhom jiġbru lura, u jżommu lid-distributuri informati dwar dan;
(g)
il-manifatturi jiżguraw li l-EEE tagħhom ikollu numru tat-tip, tal-lott jew tas-serje jew kwalunkwe element ieħor li jippermetti l-identifikazzjoni tiegħu, jew, jekk fejn id-daqs jew in-natura tal-EEE ma jippermettux dan, li t-tagħrif meħtieġ jingħata fuq l-imballaġġ jew f’dokument li jakkumpanja l-EEE;
(h)
il-manifatturi jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew it-trejdmark reġistrat tagħhom u l-indirizz fejn jistgħu jiġu kkuntattjati dwar l-EEE jew, fejn dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja l-EEE. L-indirizz irid jindika punt uniku fejn jista’ jiġi kkuntattjat il-manifattur. Fejn leġislazzjoni oħra applikabbli tal-Unjoni jkun fiha dispożizzjonijiet għat-twaħħil tal-isem u l-indirizz tal-manifattur li ma jkunux inqas stretti, għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet;
(i)
il-manifatturi li jikkunsidraw jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li EEE li huma jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx konformi ma’ din id-Direttiva jieħdu minnufih il-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak l-EEE jsir konformi, jirtirawh jew jiġbruh lura, jekk dan ikun xieraq, u jinformaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-EEE disponibbli dwar dan, billi jagħtu dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas ta’ konformità u dwar kwalunkwe miżura korrettiva li tkun ittieħdet;
(j)
il-manifatturi, b’segwitu għal talba motivata minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovduha bit-tagħrif u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tal-EEE ma’ din id-Direttiva, b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità u li jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fuq kwalunkwe azzjoni li tkun ittieħdet biex tiġi żgurata l-konformità ma’ din id-Direttiva tal-EEE li huma jkunu qiegħdu fis-suq. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|