|
+Artikolu 8 Obbligi ta’ rappreżentanti awtorizzati |
Artikolu 8 Obbligi ta’ rappreżentanti awtorizzatiArtikolu 8 Obbligi ta’ rappreżentanti awtorizzati L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(a)
manifatturi jkollhom il-possibbiltà li jaħtar rappreżentant awtorizzat permezz ta’ mandat bil-miktub. L-obbligi stipulati fil-punt (a) tal-Artikolu 7 u t-tfassil ta’ dokumentazzjoni teknika m’għandhomx jifformaw parti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat;
(b)
rappreżentant awtorizzat iwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat li jirċievi mingħand il-manifattur. Il-mandat għandu jippermetti lir-rappreżentant awtorizzat li tal-anqas jagħmel dan li ġej:
—
iżomm id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u d-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni ta’ awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza għal perijodu ta’ għaxar snin wara li l-EEE ikun tqiegħed fis-suq;
—
b’segwitu għal talba motivata minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovdi lil dik l-awtorità bit-tagħrif u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità ta’ EEE ma’ din id-Direttiva;
—
jikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, fuq talba tagħhom, dwar kwalunkwe azzjoni li tkun ittieħdet biex tiġi żgurata konformità ma’ din id-Direttiva ta’ EEE kopert bil-mandat tagħhom.
1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|