+Artikolu 9 Obbligi tal-importaturi

Artikolu 9 Obbligi tal-importaturi

Artikolu 9

Obbligi tal-importaturi

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a) 

l-importaturi jqiegħdu biss l-EEE li jkun konformi ma’ din id-Direttiva fis-suq tal-Unjoni;

(b) 

l-importaturi, qabel ma jqiegħdu EEE fis-suq, jiżguraw li tkun twettqet il-proċedura xierqa ta’ valutazzjoni tal-konformità mill-manifattur, u li jiżguraw ulterjorment li l-manifattur ikun fassal id-dokumentazzjoni teknika, li l-EEE jkollu l-marka CE u jkun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa, ►C1  u li l-manifattur ikun issodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (g) u (h) tal-Artikolu 7; ◄

(c) 

Fejn importatur jikkunsidra jew ikollu raġuni biex jaħseb li EEE mhux konformi mal-Artikolu 4, dak l-importatur ma jqiegħedx l-EEE fis-suq qabel ma’ dan ikun sar konformi, u li dak l-imortatur jinforma lill-manifattur u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar dan;

(d) 

l-importaturi jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew it-trejdmark reġistrat tagħhom u l-indirizz fejn jistgħu jiġu kkuntattjati fuq l-EEE jew, fejn dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja l-EEE. Fejn leġislazzjoni oħra applikabbli tal-Unjoni jkun fiha dispożizzjonijiet għat-twaħħil tal-isem u l-indirizz tal-manifattur li ma jkunux inqas stretti, għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet;

(e) 

l-importaturi, sabiex tiġi żgurata l-konformità ma’ din id-Direttiva, iżommu reġistru tal-EEE li ma jkunux konformi u ta’ EEE li kellhom jinġabru lura, u jżommu lid-distributuri informati dwar dan;

(f) 

l-importaturi li jikkunsidraw jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li EEE li huma jkunu qiegħdu fis-suq mhuwiex konformi ma’ din id-Direttiva jieħdu minnufih il-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak l-EEE jsir konformi, jirtirawh jew jiġbruh lura, kif ikun xieraq, u jinformaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-EEE disponibbli dwar dan, billi jagħtu dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas ta’ konformità u dwar kwalunkwe miżura korrettiva li tkun ittieħdet;

(g) 

l-importaturi iżommu, għal perijodu ta’ għaxar snin wara t-tqegħid fis-suq tal-EEE, kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u jiżguraw li d-dokumentazzjoni teknika tkun disponibbli għal dawk l-awtoritajiet, jekk jitolbuha;

(h) 

l-importaturi, b’segwitu għal talba motivata minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovduha bit-tagħrif u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità ta’ EEE ma din id-Direttiva, b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità, u li jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, fuq talba tagħha, dwar kwalunkwe azzjoni li tkun ittieħdet biex tiġi żgurata l-konformità ma’ din id-Direttiva tal-EEE li huma jkunu qiegħdu fis-suq.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 13.08.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.