|
+Artikolu 10 Obbligi tal-distributuri |
Artikolu 10 Obbligi tal-distributuriArtikolu 10 Obbligi tal-distributuri L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(a)
Meta jagħmlu EEE disponibbli fis-suq, id-distributuri jaġixxu bl-attenzjoni dovuta fir-rigward tar-rekwiżiti applikabbli b’mod partikolari billi jivverifikaw li l-EEE jkollu fuqu l-marka CE, li jkun akkumpanjat mid-dokumenti rikjesti f’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti aħħarin oħra fl-Istat Membru fejn l-EEE ser isir disponibbli fis-suq, u li l-manifattur u l-importatur ikunu kkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (g) u (h) tal-Artikolu 7 u l-punt (d) tal-Artikolu 9;
(b)
fejn distributur iqis jew ikollu raġuni biex jaħseb li EEE mhux konformi mal-Artikolu 4, dak id-distributur ma jagħmilx l-EEE disponibbli fis-suq qabel ma dan ikun sar konformi, u dak id-distributur jinforma lill-manifattur jew lill-importatur kif ukoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar dan;
(c)
id-distributuri li jikkunsidraw jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li EEE li huma jkunu għamlu disponibbli fis-suq mhux konformi ma’ din id-Direttiva jiżguraw li jittieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex il-prodott isir konformi, jirtirawh jew jiġbruh lura, kif ikun xieraq, u li jinformaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-EEE disponibbli dwar dan, billi jagħtu dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas ta’ konformità u dwar kwalunkwe miżura korrettiva li tkun ittieħdet;
(d)
id-distributuri, b’segwitu għal talba motivata minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovduha bit-tagħrif u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità ta’ EEE ma’ din id-Direttiva, u li jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fuq kwalunkwe azzjoni li tkun ittieħdet biex tiġi żgurata l-konformità ma’ din id-Direttiva tal-EEE li huma jkunu għamlu disponibbli fis-suq. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|