+ANNESS V

ANNESS V




ANNESS V

Applikazzjonijiet għall-għoti, it-tiġdid u r-revoka ta’ eżenzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 5

L-applikazzjonijiet għal eżenzjonijiet, it-tiġdid ta’ eżenzjonijiet jew, mutatis mutandis, għar-revoka ta’ eżenzjoni jistgħu jiġu ppreżentati minn manifattur, rappreżentant awtorizzat ta’ manifattur, jew kwalunkwe operatur ekonomiku fil-katina tal-provvista u għandhom jinkludu mill-inqas dan li ġej:

(a) 

l-isem, l-indirizz, u d-dettalji tal-kuntatt tal-applikant;

(b) 

l-informazzjoni dwar il-materjal jew il-komponent u l-użi speċifiċi tas-sustanza fil-materjal u l-komponent li għalihom ġiet mitluba eżenzjoni jew ir-revoka tagħha, u l-karatteristiċi partikolari tagħhom;

(ċ) 

ġustifikazzjoni verifikabbli u b’referenzi għal eżenzjoni, jew ir-revoka tagħha, f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5;

(d) 

analiżi tas-sustanzi, il-materjali jew id-disinni alternattivi eventwali abbażi taċ-ċiklu tal-ħajja, inklużi, meta jkunu disponibbli, l-informazzjoni dwar ir-riċerka indipendenti, l-istudji eżaminati minn pari u attivitajiet ta’ żvilupp mill-applikant u analiżi tad-disponibbiltà ta’ tali alternattivi;

(e) 

informazzjoni dwar it-tħejjija possibbli għall-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ ta’ materjali mill-iskart EEE, u dwar id-dispożizzjonijiet relatati mat-trattament xieraq tal-iskart skont l-Anness II tad-Direttiva 2002/96/KE;

(f) 

l-informazzjoni rilevanti l-oħra;

(g) 

l-azzjonijiet proposti biex jiġu żviluppati, jintalab biex jiġu żviluppati u/jew biex jiġu applikati alternattivi possibbli għal tali azzjonijiet mill-applikant;

(h) 

fejn ikun xieraq, indikazzjoni tal-informazzjoni li għandha titqies bħala proprjetarja flimkien ma’ ġustifikazzjoni verifikabbli;

(i) 

meta ssir applikazzjoni għal eżenzjoni, proposta għal formulazzjoni preċiża u ċara għall-eżenzjoni;

(j) 

sommarju tal-applikazzjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.