+Artikolu 3 Definizzjonijiet
---+Artikolu 3 (1)
---+Artikolu 3 (2)
---+Artikolu 3 (3)
---+Artikolu 3 (4)
---+Artikolu 3 (5)
---+Artikolu 3 (6)
---+Artikolu 3 (7)
---+Artikolu 3 (8)
---+Artikolu 3 (9)
---+Artikolu 3 (10)
---+Artikolu 3 (11)
---+Artikolu 3 (12)
---+Artikolu 3 (13)
---+Artikolu 3 (14)

Artikolu 3 Definizzjonijiet

Għall-fini ta’ din id-Direttiva d-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 (1)

“għeluq” tfisser it-tlestija tal-operazzjonijiet kollha f’xi ħin wara t-tqegħid tal-fjuwil użat jew tal-iskart radjuattiv f’faċilità tar-rimi, inklużi x-xogħol ta’ inġinerija finali jew xogħol ieħor meħtieġ biex il-faċilità tinġieb f’kondizzjoni li tkun sikura fuq terminu ta’ żmien twil;

Artikolu 3 (2)

“awtorità regolatorja kompetenti” tfisser awtorità jew sistema ta’ awtoritajiet maħtura fi Stat Membru fil-qasam tar-regolamentazzjoni tas-sikurezza tal-ġestjoni ta’ fjuwil użat jew skart radjuattiv kif imsemmi fl-Artikolu 6;

Artikolu 3 (3)

“rimi” tfisser it-tqegħid ta’ fjuwil użat jew skart radjuattiv f’faċilità mingħajr l-intenzjoni li jerġa’ jinġabar;

Artikolu 3 (4)

“faċilità tar-rimi” tfisser kwalunkwe faċilità jew installazzjoni li l-fini primarju tagħha huwa r-rimi ta’ skart radjuattiv;

Artikolu 3 (5)

“liċenzja” tfisser kwalunkwe dokument legali mogħti taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru biex titwettaq kwalunkwe attività relatata mal-ġestjoni ta’ fjuwil użat jew skart radjuattiv, jew biex jikkonferixxi r-responsabbiltà għal-lokalizzazzjoni, id-disinn, il-bini, l-attivazzjoni, l-operazzjoni, id-diżattivazzjoni jew l-għeluq ta’ faċilità tal-ġestjoni ta’ fjuwil użat jew ta’ faċilità tal-ġestjoni ta’ skart radjuattiv;

Artikolu 3 (6)

“detentur ta’ liċenzja” tfisser persuna ġuridika jew fiżika li jkollha responsabbiltà sħiħa għal kwalunkwe attività jew faċilità relatata mal-ġestjoni ta’ fjuwil użat jew skart radjuattiv kif ikun speċifikat f’liċenzja;

Artikolu 3 (7)

“skart radjuattiv” tfisser materjal radjuattiv f’forma gassuża, likwida jew solida li ma għad fadallu l-ebda użu previst jew ikkunsidrat mill-Istat Membru jew minn persuna ġuridika jew fiżika li d-deċiżjoni tagħha tiġi aċċettata mill-Istat Membru, u li jkun irregolat bħala skart radjuattiv minn awtorità regolatorja kompetenti taħt il-qafas leġiżlattiv u regolatorju tal-Istat Membru;

Artikolu 3 (8)

“ġestjoni ta’ skart radjuattiv” tfisser l-attivitajiet kollha relatati mal-maniġġar, il-pretrattament, it-trattament, il-kondizzjonar, il-ħżin, jew ir-rimi ta’ skart radjuattiv, minbarra t-trasport barra mis-sit;

Artikolu 3 (9)

“faċilità għall-ġestjoni ta’ skart radjuattiv” tfisser kwalunkwe faċilità jew installazzjoni li l-fini primarju tagħha huwa l-ġestjoni ta’ skart radjuattiv;

Artikolu 3 (10)

“riproċessar” tfisser proċess jew operazzjoni, li l-fini tagħha jkun li tagħmel estrazzjoni ta’ materjali fissili u fertili minn fjuwil użat għal użu ulterjuri;

Artikolu 3 (11)

“fjuwil użat” tfisser fjuwil nukleari li ġie rradjat u mneħħi b’mod permanenti mill-qalba ta’ reattur; il-fjuwil użat jista’ jew jitqies bħala riżorsa utilizzabbli li tista’ tiġi riproċessata jew ikun iddestinat għar-rimi jekk jitqies bħala skart radjuattiv;

Artikolu 3 (12)

“ġestjoni ta’ fjuwil użat” tfisser l-attivitajiet kollha relatati mal-maniġġar, il-ħżin, ir-riproċessar, jew ir-rimi ta’ fjuwil użat, minbarra t-trasportazzjoni barra mis-sit;

Artikolu 3 (13)

“faċilità għall-ġestjoni ta’ fjuwil użat” tfisser kwalunkwe faċilità jew installazzjoni li l-fini primarju tagħha jkun il-ġestjoni ta’ fjuwil użat;

Artikolu 3 (14)

“ħżin” tfisser iż-żamma ta’ fjuwil użat jew ta’ skart radjuattiv f’faċilità bl-intenzjoni li jiġi rkuprat.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2011 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0070
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.