+Artikolu 5 1
|
Artikolu 5 1
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu qafas nazzjonali leġiżlattiv, regolatorju u organizzattiv (“qafas nazzjonali”) għall-ġestjoni ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv li jalloka r-responsabbiltà u jipprovdi koordinazzjoni bejn il-korpi kompetenti rilevanti. Il-qafas nazzjonali għandu jipprovdi dak kollu li ġej:
|
(a)
|
programm nazzjonali għall-implimentazzjoni tal-politika ta’ ġestjoni ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv;
|
|
(b)
|
arranġamenti nazzjonali għas-sikurezza tal-ġestjoni ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv. Id-determinazzjoni dwar kif jiġu adottati u b’liema strument jiġu applikati dawk l-arranġamenti tibqa’ fil-kompetenza tal-Istati Membri;
|
|
(c)
|
sistema ta’ liċenzjar tal-attivitajiet u/jew il-faċilitajiet għall-ġestjoni ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv, inkluża l-projbizzjoni ta’ attivitajiet ta’ ġestjoni ta’ fjuwil użat jew skart radjuattiv, tal-operazzjoni ta’ faċilità għall-ġestjoni ta’ fjuwil użat jew skart radjuattiv li tkun mingħajr liċenzja jew it-tnejn li huma u, fejn adatt, li tippreskrivi kondizzjonijiet għal ġestjoni ulterjuri tal-attività, il-faċilità jew it-tnejn li huma;
|
|
(d)
|
sistema ta’ kontroll adatt, sistema ta’ ġestjoni, spezzjonijiet regolatorji, dokumentazzjoni u rappurtar għal attivitajiet u/jew faċilitajiet għall-ġestjoni ta’ skart radjuattiv u fjuwil użat, inklużi miżuri adatti għall-perijodi ta’ wara l-għeluq ta’ faċilitajiet tar-rimi;
|
|
(e)
|
azzjonijiet ta’ infurzar, inklużi s-sospensjoni ta’ attivitajiet u l-modifika, l-iskadenza jew ir-revoka ta’ liċenzja flimkien ma’ rekwiżiti, jekk adatt, għal soluzzjonijiet alternattivi li jwasslu għal sikurezza mtejba;
|
|
(f)
|
l-allokazzjoni ta’ responsabbiltà għall-korpi involuti fil-passi differenti tal-ġestjoni ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv; b’mod partikolari, il-qafas nazzjonali għandu jagħti responsabbiltà primarja għall-fjuwil użat u l-iskart radjuattiv lil dawk li jiġġenerawhom jew, f’ċirkostanzi speċifiċi, lil detentur ta’ liċenzja li lilu tkun ġiet fdata din ir-responsabbiltà minn korpi kompetenti;
|
|
(g)
|
rekwiżiti nazzjonali għall-informazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-pubbliku;
|
|
(h)
|
l-iskema/i ta’ finanzjament għall-ġestjoni ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv f’konformità mal-Artikolu 9.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.08.2011 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0070
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|