1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni meħtieġa dwar il-ġestjoni ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv issir disponibbli għall-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali. Dan l-obbligu jinkludi li jiġi żgurat li l-awtorità regolatorja kompetenti tinforma lill-pubbliku fl-oqsma tal-kompetenza tagħha. L-informazzjoni għandha ssir disponibbli għall-pubbliku f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-obbligi internazzjonali, bil-kondizzjoni li dan ma jipperikolax interessi oħra bħal, fost oħrajn, is-sigurtà, rikonoxxuti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew f’obbligi internazzjonali.