3. L-Istati Membri għandhom perjodikament, u tal-anqas kull 10 snin, jorganizzaw awtovalutazzjonijiet tal-qafas nazzjonali, l-awtorità regolatorja kompetenti u l-programm nazzjonali tagħhom u l-implimentazzjoni tiegħu, u jitolbu reviżjoni bejn il-pari internazzjonali tal-qafas nazzjonali, l-awtorità u/jew il-programm nazzjonali tagħhom bl-għan li jiġi żgurat li jintlaħqu standards għoljin fil-ġestjoni ta’ fjuwil użat u ta’ skart radjuattiv. Ir-riżultati ta’ kwalunkwe reviżjoni bejn il-pari għandhom jiġu rappurtati lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, u jistgħu isiru disponibbli għall-pubbliku fejn ma jkunx hemm konflitt mas-sigurtà u ma’ informazzjoni proprjetarja.