|
+Artikolu 1 ---+Article 1 1. ---+Article 1 2. ---+Article 1 3. ---+Article 1 4. |
Artikolu 1Artikolu 1 1. Kull Stat Membru għandu japplika din id-Direttiva: (a) għat-tqassim tal-qligħ irċevut mill-kumpanniji ta’ dak l-Istat Membru li jkun ġej mis-sussidjarji fi Stati Membri oħra; (b) għat-tqassim tal-qligħ mill-kumpanniji ta’ dak l-Istat Membru lill-kumpanniji fi Stati Membri oħra li tagħhom huma sussidjarji; (c) għad-distribuzzjonijiet tal-qligħ irċevut minn stabbilimenti permanenti li jinsabu f’dak l-Istat Membru tal-kumpanniji ta’ Stati Membri oħra li jiġu mis-sussidjarji tagħhom ta’ Stat Membru ieħor għajr dak fejn jinsab l-istabbiliment permanenti; (d) għad-distribuzzjonijiet tal-qligħ minn kumpanniji ta’ dak l-Istat Membru lil stabbilimenti permanenti fi Stat Membru ieħor ta’ kumpanniji tal-istess Stat Membru li tagħhom huma sussidjarji. 2. L-Istati Membri ma għandhomx jagħtu l-benefiċċji ta' din id-Direttiva lil arranġament jew sensiela ta' arranġamenti li, peress li jkunu ġew attwati għall-iskop ewlieni jew għal wieħed mill-iskopijiet ewlenin li jinkiseb vantaġġ tat-taxxa li jmur kontra l-objettiv jew l-iskop ta' din id-Direttiva, ma jkunux ġenwini fid-dawl tal-fatti u ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha. Arranġament jista' jinkludi aktar minn pass wieħed jew parti waħda. 3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, arranġament jew sensiela ta' arranġamenti għandhom jitqiesu bħala mhux ġenwini sa fejn ma jsirux għal raġunijiet kummerċjali validi li jirriflettu r-realtà ekonomika. 4. Din id-Direttiva ma għandhiex tipprekludi l-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet domestiċi jew ibbażati fuq ftehimiet li jkunu meħtieġa għall-prevenzjoni tal-evażjoni tat-taxxa, il-frodi tat-taxxa jew l-abbuż. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|