5. Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti (2), li kiseb akkreditament skont dak ir-Regolament, jew kwalunkwe verifikatur ambjentali ieħor, kif iddefinit fl-Artikolu 2(20)(b) tar-Regolament (KE) 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (3), għandu jivverifika li s-sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità tkun konformi mar-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu. Il-verifika għandha titwettaq kull tliet snin.