+Artikolu 6 Aġġornar tekniku tad-definizzjonijiet ta’ informazzjoni privileġġata u ta’ manipulazzjoni tas-suq
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
|
Artikolu 6 Aġġornar tekniku tad-definizzjonijiet ta’ informazzjoni privileġġata u ta’ manipulazzjoni tas-suq
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1.
|
Il-Kummissjoni hi mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 20:
(a)
biex temenda dan ir-Regolament billi
(i)
tallinja d-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2, il-punti (1), (2), (3) u (5) għall-iskop li tiżgura l-koerenza ma’ liġi oħra rilevanti tal-Unjoni fl-oqsma tas-servizzi finanzjarji u l-enerġija;
(ii)
taġġorna dawk id-definizzjonijiet imsemmija fil-punt (i) għall-iskop uniku li jitqiesu żviluppi futuri fis-swieq tal-enerġija bl-ingrossa;
(b)
biex temenda dan ir-Regolament billi tistabbilixxi, b’kont meħud tal-ispeċifiċitajiet nazzjonali, limiti minimi għall-identifikazzjoni ta’ avvenimenti li, jekk isiru pubbliċi, x’aktarx jaffettwaw b’mod sinifikanti l-prezzijiet tal-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa.
|
|
Artikolu 6 2.
|
L-atti delegati msemmija fil-paragrafu 1 għandhom iqisu tal-inqas:
(a)
il-funzjonament speċifiku tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa, inklużi l-karatteristiċi speċifiċi tas-
►M2
swieq tal-elettriku, tal-idroġenu u tal-gass naturali ◄ , u l-interazzjoni bejn is-swieq tal-komoditajiet u s-swieq tad-derivati;
(b)
il-potenzjal għal manipulazzjoni bejn il-fruntieri, bejn is-
►M2
swieq tal-elettriku, tal-idroġenu u tal-gass naturali ◄ u fis-swieq tal-komoditajiet u tad-derivati;
(c)
l-impatt potenzjali tal-produzzjoni, tal-konsum, tal-użu tat-trażmissjoni jew tal-użu tal-kapaċità għall-ħżin effettiv(a) jew ippjanat(a) fuq il-prezzijiet tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa; u
(d)
il-kodiċijiet tan-netwerk u l-linji gwida ta’ qafas adottati skont ir-
►M1
Regolament (UE) 2019/943 ◄ u (KE) Nru 715/2009.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011R1227
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|