+Artikolu 17 Is-segretezza professjonali
---+Artikolu 17 1.
---+Artikolu 17 2.
---+Artikolu 17 3.
---+Artikolu 17 4.
---+Artikolu 17 5.
|
Artikolu 17 Is-segretezza professjonali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 17 1.
|
Kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali riċevuta, skambjata jew trażmessa skont dan ir-Regolament għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet tas-segretezza professjonali stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4.
|
|
Artikolu 17 2.
|
L-obbligu tas-segretezza professjonali għandu japplika għal:
(a)
persuni li jaħdmu jew li kienu jaħdmu għall-Aġenzija;
(b)
awdituri u esperti mogħtija struzzjonijiet mill-Aġenzija;
(c)
persuni li jaħdmu jew li kienu jaħdmu għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew għal awtoritajiet rilevanti oħrajn;
(d)
awdituri u esperti mogħtija struzzjonijiet mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew minn awtoritajiet rilevanti oħrajn li jirċievu informazzjoni kunfidenzjali skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 17 3.
|
Informazzjoni kunfidenzjali li tasal għand il-persuni msemmija fil-paragrafu 2 waqt il-qadi ta’ dmirijiethom ma tistax tiġi żvelata lil persuna jew awtorità oħra, għajr f’forma sommarja jew aggregata b’tali mod li parteċipant individwali fis-suq ma jkunx jista’ jiġi identifikat, mingħajr preġudizzju għall-każijiet koperti mil-liġi kriminali, id-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan ir-Regolament jew liġi rilevanti oħra tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 17 4.
|
Mingħajr preġudizzju għall-każijiet koperti mil-liġi kriminali, l-Aġenzija, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, l-awtoritajiet finanzjarji kompetenti tal-Istati Membri, l-AETS, il-korpi jew persuni li jkunu rċevew informazzjoni kunfidenzjali skont dan ir-Regolament, jistgħu jużawha biss biex iwettqu dmirijiethom u biex jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom. Awtoritajiet, korpi, jew persuni oħrajn jistgħu jużaw dik l-informazzjoni għall-fini li għalih kienet ipprovduta lilhom jew fil-kuntest ta’ proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji speċifikament relatati mal-eżerċizzju ta’ dawk il-funzjonijiet. L-awtorità li tirċievi l-informazzjoni tista' tużaha għal finijiet oħrajn, sakemm l-Aġenzija, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, l-awtoritajiet finanzjarji kompetenti tal-Istati Membri, l-AETS, il-korpi jew persuni li jikkomunikaw l-informazzjoni jagħtu l-kunsens tagħhom għal dan.
|
|
Artikolu 17 5.
|
Dan l-Artikolu ma għandux iwaqqaf lil awtorità fi Stat Membru milli tiskambja jew tittrażmetti, skont il-liġi nazzjonali, informazzjoni kunfidenzjali sakemm din ma tkunx waslet minn awtorità ta’ Stat Membru ieħor jew mill-Aġenzija skont dan ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011R1227
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|