|
+Artikolu 3 1. |
Artikolu 3 1.Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a)
“tagħmir elettriku u elettroniku” jew “EEE” tfisser tagħmir li huwa dipendenti fuq kurrenti tal-elettriku jew kampijiet elettromanjetiċi biex jaħdem b'mod adatt u tagħmir għall-ġenerazzjoni, it-trasferiment u l-kejl ta’ kurrenti u kampijiet ta’ dan it-tip u ddisinjat għall-użu ma’ vultaġġ massimu li ma jaqbiżx l-1 000 volt għal kurrent alternanti u 1 500 volt għal kurrent dirett;
(b)
“għodod industrijali weqfin ta’ skala kbira” tfisser montatura ta’ daqs kbir ta’ magni, tagħmir, u/jew komponenti, li jaħdmu flimkien għal applikazzjoni speċifika, installati permanentement u disinstallati minn nies professjonisti f'post partikolari, u użati minn nies professjonisti kif ukoll li fuqhom issir manutenzjoni minn nies professjonisti f'faċilità tal-manifattura industrijali jew faċilità għar-riċerka u l-iżvilupp;
(c)
“installazzjonijiet fissi ta’ skala kbira” tfisser il-kombinazzjoni ta’ daqs kbir ta’ diversi tipi ta’ tagħmir u, fejn adatt, apparat ieħor, li:
(i)
jiġi mmuntat, installat u disinstallat minn nies professjonisti;
(ii)
huwa maħsub għall-użu permanenti bħala parti minn bini jew struttura f'post predefinit u apposta; u
(iii)
jista' jiġi ssostitwit biss mill-istess tagħmir imfassal b'mod speċifiku;
(d)
“makkinarju mobbli mhux tat-triq” tfisser makkinarju, attrezzat b'sors tal-enerġija, li t-tħaddim tiegħu jkun jeħtieġ jew mobbiltà jew moviment kontinwu jew semi-kontinwu bejn suċċessjoni ta’ postijiet ta’ ħidma fissi waqt li jkun qiegħed jaħdem;
(e)
“skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku” jew “WEEE” tfisser tagħmir elettriku jew elettroniku li huwa skart fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2008/98/KE, inklużi l-komponenti kollha, is-submontaturi u l-oġġetti tal-konsum li huma parti mill-prodott fil-waqt li jintrema;
(f)
“produttur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li, irrispettivament mill-metodu ta’ bejgħ użat, inkluż komunikazzjoni mill-bogħod fis-sens tad-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 1997 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi rigward kuntratti li jsiru mill-bogħod ( 2 ):
(i)
li hi stabbilita fi Stat Membru u li timmanifattura EEE f'isimha stess jew f'isem it-trademark tagħha, jew għandha EEE ddisinjat jew immanifatturat u tikkumerċjalizzah f'isimha jew f'isem it-trademark tagħha fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru;
(ii)
li hi stabbilita fi Stat Membru u li terġa' tbigħ fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru, f'isimha jew f'isem it-trademark tagħha stess, tagħmir prodott minn fornituri oħrajn, fejn wieħed li jbigħ mill-ġdid ma jitqiesx bħala l-“produttur” jekk id-ditta tal-produttur tidher fuq it-tagħmir, kif stipulat fil-punt (i);
(iii)
li hija stabbilita fi Stat Membru u li tqiegħed fis-suq ta’ dak l-Istat Membru, fuq bażi professjonali, EEE minn pajjiż terz jew minn Stat Membru ieħor; jew
(iv)
li tbigħ EEE permezz ta’ komunikazzjoni minn distanza direttament lid-djar jew lill-utenti privati, minbarra d-djar privati, fi Stat Membru, u li hija stabbilita fi Stat Membru ieħor jew f'xi pajjiż terz. Kull min jipprovdi esklussivament finanzjament fil-qafas ta’ jew skont kwalunkwe ftehim ta’ finanzjament ma għandux jitqies bħala “produttur” għajr jekk huwa wkoll jaġixxi bħala produttur fis-sens tal-punti (i) sa (iv);
(g)
“distributur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika fil-katina tal-provvista, li jagħmel EEE disponibbli fis-suq. Din id-definizzjoni ta’ tipprevenix lil distributur milli jkun, fl-istess ħin, produttur fis-sens tal-punt (f);
(h)
“WEEE minn djar privati” tfisser WEEE li jiġi minn djar privati u WEEE li jiġi minn sorsi kummerċjali, industrijali, istituzzjonali u sorsi oħra li, minħabba fin-natura u l-kwantità tagħhom, huma simili għal dawk minn djar privati. Skart minn EEE li x'aktarx jintuża kemm minn djar kif ukoll minn utenti privati minbarra djar privati għandu fi kwalunkwe każ jitqies bħala WEEE minn djar privati;
(i)
“ftehim ta’ finanzjament” tfisser kull self, kiri b'self, kiri jew ftehim jew arranġament ta’ bejgħ iddiferit li għandu x'jaqsam ma’ kwalunkwe tagħmir kemm jekk it-termini ta’ dak il-ftehim jew l-arranġament, jew xi ftehim jew arranġament kollaterali, jipprovdu li trasferiment ta’ sjieda ta’ dak it-tagħmir se jseħħ jew jista' jseħħ, u kemm jekk le;
(j)
“tagħmel disponibbli fis-suq” tfisser kwalunkwe provvista ta’ prodott għad-distribuzzjoni, il-konsum jew l-użu fis-suq ta’ Stat Membru tul attività kummerċjali kemm jekk issir bi ħlas kif ukoll jekk tkun mingħajr ħlas;
(k)
“tqiegħed fis-suq” tfisser l-ewwel darba li prodott ikun disponibbli fis-suq fit-territorju ta’ Stat Membru fuq bażi professjonali;
(l)
“tneħħija” tfisser trattament manwali, mekkaniku, kimiku jew metallurġiku bir-riżultat li sustanzi, taħlitiet u komponenti perikolużi jkunu kontentuti fi fluss identifikabbli jew ikunu parti identifikabbli minn fluss fil-proċess ta’ trattament. Sustanza, taħlita jew komponent huma identifikabbli jekk jistgħu jiġu mmonitorjati biex jiġi vverifikat jekk it-trattament huwiex sikur għall-ambjent;
(m)
“apparat mediku” tfisser apparat jew aċċessorju mediku fis-sens tal-punti (a) jew (b), tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1993 dwar mezzi mediċi ( 3 ) li jikkostitwixxi EEE;
(n)
“apparat mediku djanjostiku in vitro” tfisser apparat jew aċċessorju djanjostiku in vitro fis-sens ta', rispettivament, il-punti (b) jew (c) tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 1998 dwar il-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro ( 4 ) li huwa EEE;
(o)
“apparat mediku attiv li jista' jiġi impjantat” tfisser apparat mediku attiv li jista' jiġi impjantat fis-sens tal-punt (c) tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 90/385/KEE tal- 20 ta’ Ġunju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward il-mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f'xi parti tal-ġisem ( 5 ) u li huwa EEE. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|