+Artikolu 5 Parteċipazzjoni tal-Unjoni fil-Konvenzjoni
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
|
Artikolu 5 Parteċipazzjoni tal-Unjoni fil-Konvenzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 5 1.
|
Il-parteċipazzjoni fil-Konvenzjoni għandha tkun responsabilità konġunta tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri, b'mod partikolari fir-rigward tal-assistenza teknika, l-iskambju ta’ informazzjoni u kwistjonijiet relatati ma’ riżoluzzjoni tat-tilwim, parteċipazzjoni f'korpi sussidjarji u votazzjoni.
|
|
Artikolu 5 2.
|
Il-Kummissjoni għandha taġixxi bħala awtorità nominata komuni għall-funzjonijiet amministrattivi tal-Konvenzjoni b'referenza għall-proċedura tal-PIC f'isem u b'kooperazzjoni mill-qrib u b'konsultazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali nominati tal-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha, b'mod partikolari, tkun responsabbli għal dan li ġej:
(a)
it-trażmissjoni tan-notifiki tal-Unjoni tal-esportazzjoni lill-Partijiet u lil pajjiżi oħra skont l-Artikolu 8;
(b)
it-tressiq tan-notifiki dwar l-azzjonijiet regolatorji finali rilevanti li jikkonċernaw sustanzi kimiċi li jikkwalifikaw għan-notifika tal-PIC, lis-Segretarjat skont l-Artikolu 11;
(c)
it-trażmissjoni ta’ informazzjoni dwar azzjonijiet regolatorji finali oħra li jinvolvu sustanzi kimiċi li ma jikkwalifikawx għan-notifika tal-PIC skont l-Artikolu 12;
(d)
ir-riċeviment ta’ informazzjoni mis-Segretarjat b'mod aktar ġenerali.
Il-Kummissjoni għandha wkoll tipprovdi lis-Segretarjat b'reazzjonijiet tal-Unjoni dwar l-importazzjoni għas-sustanzi kimiċi soġġetti għall-proċedura tal-PIC skont l-Artikolu 13. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-kontribut tal-Unjoni fir-rigward tal-kwistjonijiet tekniċi kollha relatati ma’ kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
(b)
it-tħejjija tal-Konferenza tal-Partijiet stabbilita mill-Artikolu 18(1) tal-Konvenzjoni;
(c)
il-Kumitat għar-Reviżjoni tal-Kimika stabbilit skont l-Artikolu 18(6) tal-Konvenzjoni (“il-Kumitat għar-Reviżjoni tal-Kimika”);
(d)
korpi sussidjarji oħrajn tal-Konferenza tal-Partijiet.
|
|
Artikolu 5 3.
|
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-inizzjattivi meħtieġa sabiex jaċċertaw rappreżentanza xierqa tal-Unjoni fil-korpi varji li jimplimentaw il-Konvenzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.10.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0649
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|