1. Għall-finijiet tal-iskambju ta’ informazzjoni dwar ir-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 8, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkollhom punt ta’ kuntatt nazzjonali operattiv u jagħmlu użu min-netwerk eżistenti ta’ punti ta’ kuntatt operattivi li jkunu disponibbli 24 siegħa kuljum u sebat ijiem fil-ġimgħa. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li jkollhom proċeduri fis-seħħ sabiex meta jkun hemm talbiet urġenti għall-għajnuna, l-awtorita’ kompetenti tindika f’massimu ta’ tmien sigħat mir-riċezzjon, għall-inqas jekk hux ser ikun hemm tweġiba għat-talba, kif ukoll il-forma u ż-żmien stmat għal tali tweġiba.