|
+Artikolu 6 1. |
Artikolu 6 1.It-tagħrif statistiku rrapportat skont l-Anness III għandu jiġi trażmess mill-BĊNi lill-BĊE fuq bażi annwali, semi-annwali jew trimestrali u skont kif ġej:
(a)
għar-rapportar fuq bażi trimestrali, it-tagħrif statistiku stabbilit fit-Tabella 9 tal-Anness III għandu jiġi trażmess sal-għeluq tan-negozju fl-aħħar jum tax-xogħol tat-tieni xahar wara t-tmiem tat-trimestru rilevanti;
(b)
għar-rapportar fuq bażi semi-annwali, it-tagħrif statistiku stabbilit fil-Tabelli 1, 2, 3, 4a, 5a, 6, 7 u 8 tal-Anness III għall-perjodu minn Jannar sa Ġunju għandu jiġi trażmess sal-għeluq tan-negozju fl-aħħar jum tax-xogħol ta’ Novembru wara t-tmiem tal-ewwel nofs tas-sena li jirreferi għaliha. It-tagħrif statistiku għall-perjodu minn Lulju sa Diċembru għandu jiġi trażmess sal-għeluq tan-negozju fl-aħħar jum tax-xogħol ta’ Mejju wara t-tmiem tat-tieni nofs tas-sena li jirreferi għaliha;
(c)
għar-rapportar fuq bażi annwali, it-tagħrif statistiku stabbilit fit-Tabelli 4b u 5b tal-Anness III għandu jiġi trażmess bi tqassim ta’ nofs sena sal-għeluq tan-negozju fl-aħħar jum tax-xogħol ta’ Mejju wara s-sena li jirreferi għaliha. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|