|
+Artikolu 3 4. |
Artikolu 3 4.It-tagħmir tar-radju li jaqa’ fil-kategoriji jew fil-klassijiet speċifikati fil-Parti 1 tal-Anness Ia, għandu jinbena b’tali mod li jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet relatati mal-kapaċitajiet tal-iċċarġjar stipulati f’dak l-Anness għall-kategorija jew għall-klassi rilevanti ta’ tagħmir tar-radju. Fir-rigward tat-tagħmir tar-radju li jista’ jiġi ċċarġjat mill-ġdid permezz ta’ ċċarġjar bil-fili, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 44 biex temenda l-Parti I tal-Anness Ia fid-dawl tal-progress xjentifiku u teknoloġiku jew żviluppi tas-suq, sabiex tiżgura interoperabbiltà komuni minima bejn it-tagħmir tar-radju u l-apparati tal-iċċarġjar tiegħu, kif ukoll biex ittejjeb il-konvenjenza tal-konsumatur, biex tnaqqas l-iskart ambjentali u biex tevita l-frammentazzjoni tas-suq, billi:
(a)
timmodifika, iżżid jew tneħħi kategoriji jew klassijiet ta’ tagħmir tar-radju;
(b)
timmodifika, iżżid jew tneħħi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, inkluż ir-referenzi u d-deskrizzjonijiet, fir-rigward tar-reċipjent(i) tal-iċċarġjar u l-protokoll(i) tal-komunikazzjoni tal-iċċarġjar, għal kull kategorija jew klassi ta’ tagħmir tar-radju kkonċernata. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta kontinwament l-iżviluppi tas-suq, il-frammentazzjoni tas-suq u l-progress teknoloġiku bil-ħsieb li jiġu identifikati kategoriji jew klassijiet ta’ tagħmir tar-radju li jistgħu jiġu ċċarġjati mill-ġdid permezz ta’ ċċarġjar bil-fili li l-inklużjoni tagħhom fil-Parti I tal-Anness Ia twassal għal konvenjenza sinifikanti tal-konsumatur u tnaqqis tal-iskart ambjentali. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar il- valutazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, għall-ewwel darba sat-28 ta’ Diċembru 2025 u kull ħames snin minn hemm ’il quddiem, u għandha tadotta atti delegati skont it-tieni subparagrafu, il-punt (a), kif xieraq. Fir-rigward tat-tagħmir tar-radju li jista’ jiġi ċċarġjat mill-ġdid permezz ta’ mezzi li ma humiex l-iċċarġjar bil-fili, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 44 biex temenda l-Parti I tal-Anness Ia fid-dawl tal-progress xjentifiku u teknoloġiku jew żviluppi tas-suq sabiex tiżgura l-interoperabbiltà komuni minima bejn it-tagħmir tar-radju u l-apparati tal-iċċarġjar tiegħu, kif ukoll biex ittejjeb il-konvenjenza tal-konsumatur, biex tnaqqas l-iskart ambjentali u biex tevita l-frammentazzjoni tas-suq billi:
(a)
tintroduċi, timmodifika, iżżid jew tneħħi kategoriji jew klassijiet ta’ tagħmir tar-radju;
(b)
tintroduċi, timmodifika, iżżid jew tneħħi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, inkluż ir-referenzi u d-deskrizzjonijiet, fir-rigward tal-interfaċċa/i tal-iċċarġjar u tal-protokoll(i) tal-komunikazzjoni tal-iċċarġjar, għal kull kategorija jew klassi ta’ tagħmir tar-radju kkonċernata. Il-Kummissjoni għandha, f’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, u sat-28 ta’ Diċembru 2024, titlob organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni waħda jew aktar biex tabbozza standards armonizzati li jistabbilixxu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interfaċċa/i tal-iċċarġjar u għall-protokoll(i) tal-komunikazzjoni tal-iċċarġjar għat-tagħmir tar-radju li jista’ jiġi ċċarġjat mill-ġdid permezz ta’ mezzi oħra għajr l-iċċarġjar bil-fili. F’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-kumitat stabbilit skont l-Artikolu 45(1) ta’ din id-Direttiva. Ir-rekwiżiti dwar il-kontenut tal-istandards armonizzati mitluba għandhom ikunu bbażati fuq valutazzjoni, li għandha titwettaq mill-Kummissjoni, dwar l-istatus attwali tat-teknoloġiji tal-iċċarġjar mingħajr fili għat-tagħmir tar-radju, li tkopri b’mod partikolari l-iżviluppi tas-suq, il-penetrazzjoni tas-suq, il-frammentazzjoni tas-suq, il-prestazzjoni teknoloġika, l-interoperabbiltà, l-effiċjenza enerġetika u l-prestazzjoni tal-iċċarġjar. Meta tħejji l-atti delegati msemmija f’dan l-Artikolu fir-rigward tat-tagħmir tar-radju li jista’ jiġi ċċarġjat mill-ġdid permezz ta’ ċċarġjar bil-fili kif ukoll fir-rigward tat-tagħmir tar-radju li jista’ jiġi ċċarġjat mill-ġdid permezz ta’ mezzi oħra għajr l-iċċarġjar bil-fili, il-Kummissjoni għandha tqis il-grad ta’ aċċettazzjoni tas-suq tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jkunu qed jiġu kkunsidrati, il-konvenjenza tal-konsumatur li tirriżulta u l-livell ta’ tnaqqis tal-iskart ambjentali u frammentazzjoni tas-suq li jista’ jkunu mistennija minn tali speċifikazzjonijiet tekniċi. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li huma bbażati fuq standards Ewropej jew internazzjonali rilevanti disponibbli għandhom jitqiesu li jissodisfaw l-objettivi stabbiliti fis-sentenza preċedenti. Madankollu, fejn tali standards Ewropej jew internazzjonali ma jeżistux, jew fejn il-Kummissjoni tiddetermina, abbażi ta’ valutazzjoni teknika, li dawn ma jilħqux dawk l-objettivi bl-aħjar mod, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi oħra li jissodisfaw aħjar dawk l-objettivi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|