Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(3), l-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 5(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mill-11 ta' Ġunju 2014.
►M2
Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(4), l-Artikolu 3a (2) it-tieni subparagrafu u fl-Artikolu 10(8), il-ħames subparagrafu, għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mis-27 ta’ Diċembru 2022.
◄ Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.