|
+Artikolu 5 Obbligi ġenerali tal-manifatturi ---+Article 5 1. ---+Article 5 2. ---+Article 5 3. |
Artikolu 5 Obbligi ġenerali tal-manifatturiArtikolu 5 Obbligi ġenerali tal-manifatturi 1. Il-manifatturi għandhom jassiguraw li vetturi, il-magni tagħhom u s-sistema ta' sajlenser tagħhom huma mfassla, mibnija u mmuntati b'tali mod li l-vetturi, meta f' użu normali, jikkonformaw ma' dan ir-Regolament, minkejja l-vibrazzjoni li minnha nfisha tali vetturi jkunu soġġetti għaliha. 2. Il-manifatturi għandhom jassiguraw li s-sistemi ta' sajlenser huma mfassla, mibnija u mmuntati b'tali mod li tkun tista' tirreżisti raġonevolment il-fenomeni korrożivi li jiġu esposti għalihom meta jitqiesu l-kundizzjonijiet tal-użu ta' vetturi, inklużi differenzi klimatiċi reġjonali. 3. Il-manifattur għandu jkun responsabbli quddiem l-awtorità tal-approvazzjoni għall-aspetti kollha tal-proċess ta' approvazzjoni u biex tiġi żgurata l-konformità tal-produzzjoni, kemm jekk il-manifattur ikun involut direttament fl-istadji kollha tal-kostruzzjoni ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata kif ukoll jekk le. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|