|
+ANNESS VI IL-KONTROLLI TAL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI GĦALL-VETTURI |
ANNESS VI IL-KONTROLLI TAL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI GĦALL-VETTURIANNESS VI IL-KONTROLLI TAL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI GĦALL-VETTURI 1. KUMMENTI ĠENERALI Ir-rekwiżiti ta' dan l-Anness jaqblu mat-test li jsir biex tiġi kkontrollata l-konformità tal-produzzjoni (COP) skont il-punt 5 tal-Anness I. 2. IL-PROĊEDURA TAL-ITTESTJAR Is-sit tat-test u l-istrumenti tal-kejl għandhom ikunu dawk li ġew deskritti fl-Anness II.
3. IL-KAMPJUNAR U L-EVALWAZZJONI TAR-RIŻULTATI Trid tintgħażel vettura waħda li mbagħad tiġi soġġetta għat-testijiet stabbiliti fil-punt 2 ta' dan l-Anness. Jekk il-livell tal-ħoss tal-vettura ttestjata ma jaqbiżx b'aktar minn 1 dB(A) il-limitu tal-valur stipulat fl-Anness III, u, fejn xieraq, il-punt 3 tal-Anness V, it-tip tal-vettura għandha tiġi meqjusa bħala konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. Jekk ikun hemm wieħed mir-riżultati tat-testijiet li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-COP tal-Anness X għad-Direttiva 2007/46/KE, għandhom jiġu ttestjati żewġ vetturi oħra tal-istess tip skont il-punt 2 ta' dan l-Anness. Jekk ir-riżultati tat-testijiet tat-tieni u tat-tielet vetturi jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-COP tal-Anness X għad-Direttiva 2007/46/KE, il-vettura għandha titqies li tikkonforma mal-COP. Jekk wieħed mir-riżultati tat-testijiet tat-tieni jew it-tielet vetturi ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-COP tal-Anness X għad-Direttiva 2007/46/KE, it-tip tal vettura jitqies li ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u l-manifattur għandu jieħu l-miżuri meħtieġa li jwasslu mill-ġdid għall-konformità. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|