+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 2 (1)
---+Artikolu 2 (2)
---+Artikolu 2 (3)
---+Artikolu 2 (4)
---+Artikolu 2 (5)
---+Artikolu 2 (6)
|
Artikolu 2 Definizzjonijiet
Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 2 (1)
|
“inġenju tal-ajru” tfisser inġenju tal-ajru bi ġwienaħ fissi b’massa iċċertifikata tat-tluq ta’ 34 000 kg jew aktar, jew b’akkomodazzjoni interna massima ċċertifikata għat-tip ta’ inġenju tal-ajru inkwistjoni li tikkonsisti minn minn 19-il post tal-passiġġier jew aktar, minbarra kwalunkwe post riżervat għall-ekwipaġġ biss;
|
|
Artikolu 2 (2)
|
“ajruport” tfisser ajruport li għandu movimenti ta’ aktar minn 50 000 inġenju tal-ajru ċivili kull sena kalendarja (moviment ifisser it-tluq jew l-inżul), abbażi tal-għadd medju ta’ movimenti fl-aħħar tliet snin kalendarji qabel l-istima tal-istorbju;
|
|
Artikolu 2 (3)
|
“Approċċ Bilanċjat” tfisser il-proċess żviluppat mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali skont din il-firxa ta’ miżuri disponibbli, partikolarment it-tnaqqis tal-istorbju tal-inġenji tal-ajru mis-sors, l-ippjanar u l-ġestjoni tal-art, il-proċeduri operattivi u r-restrizzjonijiet operattivi għat-tnaqqis tal-istorbju, jitqies b’mod konsistenti bl-għan li tiġi indirizzata l-problema tal-istorbju bl-aktar mod kost-effettiv abbażi ta’ ajruporti individwali.
|
|
Artikolu 2 (4)
|
“inġenji tal-ajru marġinalment konformi” tfisser inġenji tal-ajru li huma ċertifikati f’konformità mal-limiti tal-Kapitolu 3 stipulati fil-Volum 1, Parti II, Kapitolu 3 tal-Anness 16 mal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali ffirmata fis-7 ta’ Diċembru 1944 (il-Konvenzjoni ta’ Chicago) b’marġni kumulattiva ta’ inqas minn 8 EPNdB (“Effective Perceived Noise in Decibels” — storbju effettivament ipperċepit f’deċibel) matul perijodu transizzjonali li jintemm fl-14 ta' Ġunju 2020, u b’marġni kumulattiva ta’ anqas minn 10 EPNdB wara t-tmiem ta’ dak il-perijodu transizzjonali, fejn il-marġni kumulattiva hija ċ-ċifra espressa f’EPNdB miksuba billi jiġu magħduda l-marġini individwali (jiġifieri differenzi bejn il-livell ta’ storbju ċċertifikat u l-livell massimu ta’ storbju permess) f’kull wieħed mit-tliet punti ta’ referenza għall-kejl tal-istorbju definit fil-Volum 1, Parti II, Kapitolu 3 tal-Anness 16 mal-Konvenzjoni ta’ Chicago;
|
|
Artikolu 2 (5)
|
“azzjoni relatata mal-istorbju” tfisser kwalunkwe miżura li taffettwa l-klima tal-istorbju madwar l-ajruporti, li għaliha japplikaw il-prinċipji tal-Approċċ Bilanċjat, inklużi azzjonijiet mhux operattivi oħra li jistgħu jaffettwaw in-numru ta’ nies esposti għall-istorbju tal-inġenji tal-ajru;
|
|
Artikolu 2 (6)
|
“restrizzjoni operattiva” tfisser azzjoni relatata mal-istorbju li tillimita aċċess jew tnaqqas il-kapaċità operazzjonali ta’ ajruport, inklużi r-restrizzjonijiet operattivi mmirati għall-irtirar mill-operat ta’ inġenji tal-ajru marġinalment konformi f’ajruporti speċifiċi kif ukoll restrizzjonijiet operattivi ta’ natura parzjali, li pereżempju japplikaw għal perjodu ta’ żmien identifikat matul il-ġurnata jew għal ċerti runways biss fl-ajruport.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.06.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0598
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|