+Preamble: 1
|
Preamble: 1
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 25(5) tiegħu,
Billi:
|
(1)
|
Skont l-Artikolu 25(5) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ser joħloq panel ta' medjazzjoni li jkun responsabbli biex isolvi differenzi fil-fehmiet espressi mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri parteċipanti kkonċernati fir-rigward ta' oġġezzjoni mill-Kunsill Governattiv għal abbozz ta' deċiżjoni tal-Bord Superviżorju stabbilit taħt dak ir-Regolament.
|
|
(2)
|
Skont il-Premessa 73 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, l-istabbiliment tal-Panel ta' Medjazzjoni, u b'mod partikolari l-kompożizzjoni tiegħu, għandhom jiżguraw li dan jirrisolvi l-fehmiet differenti b'mod ibbilanċjat, fl-interess tal-Unjoni kollha.
|
|
(3)
|
Ir-Regoli tal-Proċedura tal-Panel ta' Medjazzjoni huma mingħajr preġudizzju għall-proċedura li fiha Stat Membru partiċipanti mhux taż-żona tal-euro jinnotifika lill-BĊE dwar in-nuqqas ta' qbil immotivat tiegħu ma' oġġezzjoni tal-Kunsill Governattiv għal abbozz ta' deċiżjoni tal-Bord Superviżorju skont l-Artikolu 7(7) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013.
|
|
(4)
|
Peress li l-Viċi-President tal-Bord Superviżorju huwa membru kemm tal-Kunsill Governattiv kif ukoll tal-Bord Superviżorju, huwa jinsab fl-aħjar pożizzjoni biex jippresjedi l-Panel ta' Medjazzjoni,
|
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-2 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 19.06.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0673
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|