1. Il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għandu jistabbilixxi u jżomm, għal skopijiet statistiċi, lista ta' korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni li jifformaw il-popolazzjoni attwalment soġġetta għar-rapportar skont dan ir-Regolament. Il-lista tista' tkun ibbażata fuq listi ta' korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni li preżentement isiru minn awtoritajiet nazzjonali, fejn dawn il-listi huma disponibbli, u supplimentata minn listi oħra ta' korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni li huma fid-definizzjoni ta' “korporazzjoni tal-assigurazzjoni” fl-Artikolu 1.