+Artikolu 2 3

Artikolu 2 3

3.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal:

(a)

impjanti tal-kombustjoni koperti mill-Kapitolu III jew il-Kapitolu IV tad-Direttiva 2010/75/UE;

(b)

impjanti tal-kombustjoni koperti mid-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12);

(c)

impjanti tal-kombustjoni installati fl-irziezet b'qawwa termika nominali totali ta' anqas minn jew daqs 5 MW, li bħala karburant jużaw esklużivament demel tat-tjur mhux ipproċessat, kif imsemmi fl-Artikolu 9(a) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13);

(d)

impjanti tal-kombustjoni fejn il-prodotti gassużi tal-kombustjoni jintużaw għat-tisħin dirett, it-tnixxif jew kwalunkwe trattament ieħor ta' oġġetti jew materjali;

(e)

impjanti tal-kombustjoni fejn il-prodotti gassużi tal-kombustjoni jintużaw għat-tisħin dirett li jaħdem bil-gass u li jintuża biex isaħħan l-ispazji interni għall-iskop tat-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol;

(f)

impjanti ta' wara l-kombustjoni maħsubin biex jippurifikaw il-gassijiet residwi li jirriżultaw mill-proċessi industrijali permezz tal-kombustjoni u li mhumiex imħaddma bħala impjanti tal-kombustjoni indipendenti;

(g)

kull apparat tekniku li jintuża fil-propulsjoni ta' vettura, vapur jew ajruplan;

(h)

turbini u magni tal-gass u magni diesel, meta jintużaw fuq pjattaformi lil hinn mill-kosta;

(i)

faċilitajiet għar-riġenerazzjoni ta' katalizzaturi għall-ikkrekkjar katalitiku;

(j)

faċilitajiet għall-konverżjoni tas-sulfur tal-idroġenu f'kubrit;

(k)

reatturi li jintużaw fl-industrija tal-kimika;

(l)

fran tal-kokk;

(m)

cowpers;

(n)

krematorji;

(o)

impjanti tal-kombustjoni li jaħarqu karburanti tar-raffineriji waħidhom jew ma' karburanti oħrajn għall-produzzjoni ta' enerġija fir-raffineriji taż-żejt minerali u l-gass;

(p)

bojlers ta' rkupru f'installazzjonijiet għall-produzzjoni tal-polpa.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.11.2015 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L2193
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.