2. Il-Kummissjoni għandha, sal-1 ta' Jannar 2023, tivvaluta l-bżonn li jsir rieżami tad-dispożizzjonijiet dwar l-impjanti li huma parti minn SIS jew MIS, kif ukoll il-Parti 2 tal-Anness II, abbażi tat-teknoloġiji l-iżjed avvanzati.
Bħala parti minn dan ir-rieżami, il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll jekk għal ċerti tipi ta' impjanti tal-kombustjoni medji, jew għat-tipi kollha, ikunx meħtieġ li jiġu regolati l-emissjonijiet ta' CO.
Minn dakinhar 'il quddiem, għandu jsir rieżami kull għaxar snin, u għandu jinkludi valutazzjoni dwar jekk ikunx xieraq li jiġu stabbiliti valuri limitu tal-emissjonijiet aktar stretti, b'mod partikolari għal impjanti tal-kombustjoni medji ġodda.