+Preamble: 1
|
Preamble: 1
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1)
|
Taħt l-intestatura 2710 tan-Nomenklatura Magħquda stabbilita fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), id-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni (“dazji doganali”) fuq ċerti żjut u prodotti simili li l-piż tal-kostitwenti mhux aromatiċi tagħhom jaqbeż dak tal-kostitwenti aromatiċi huma sospiżi, sakemm dawk iż-żjut u prodotti simili huma destinati li jgħaddu minn proċess speċifiku u huma soġġetti għall-proċedura tal-użu finali stabbilita fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (2) (il-“proċedura tal-użu finali”).
|
|
(2)
|
Ċerti żjut u prodotti simili li l-piż tal-kostitwenti aromatiċi tagħhom jaqbeż dak tal-kostitwenti mhux aromatiċi (“żjut tqal u prodotti simili”) kienu, sat-3 ta' April 2013, ukoll ikklassifikati taħt l-intestatura 2710 , u b'hekk kienu jgawdu minn trattament ta' eżenzjoni mid-dazju għal perjodu indefinit.
|
|
(3)
|
Madankollu, mill-4 ta' April 2013, dawk iż-żjut tqal u prodotti simili ġew ikklassifikati taħt l-intestatura 2707 , mingħajr ebda trattament ta' eżenzjoni mid-dazju.
|
|
(4)
|
B'effett mill-1 ta' Lulju 2014, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1387/2013 (3) ta sospensjoni temporanja tad-dazji doganali awtonomi lil dawk iż-żjut tqal u prodotti simili.
|
|
(5)
|
Madankollu, peress li fl-Unjoni ma hemm l-ebda provvista ta' tali żjut tqal u prodotti simili, is-sospensjoni temporanja tad-dazji doganali awtonomi kellha tiġi applikata mingħajr l-interruzzjoni matul il-perijodu mill-4 ta' April 2013 sat-30 ta' Ġunju 2014, sakemm dawk iż-żjut tqal u prodotti simili kienu destinati għall-użu bħala materja prima tar-raffinerija biex jgħaddu minn proċess speċifiku u kienu soġġetti għall-proċedura tal-użu finali.
|
|
(6)
|
Għaldaqstant, bil-għan li jiġi żgurat b'mod adegwat il-benefiċċju tas-sospensjoni temporanja tad-dazji doganali awtonomi fir-rigward ta' dawk iż-żjut tqal u prodotti simili li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2707 99 99 , is-sospensjoni temporanja għandha tapplika b'effett retroattiv mill-4 ta' April 2013 sat-30 ta' Ġunju 2014.
|
|
(7)
|
Sabiex jingħata effett għal tali sospensjoni retroattiva tad-dazji doganali awtonomi, l-effett retroattiv tal-awtorizzazzjoni għal użu finali korrispondenti, kif stipulat fl-Artikolu 294(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, għandu wkoll jiġi estiż sal-4 ta' April 2013,
|
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Mejju 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
E. RINKĒVIČS
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 23.05.2015 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0802
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|