+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 2 (a)
---+Artikolu 2 (b)
---+Artikolu 2 (c)
---+Artikolu 2 (d)
---+Artikolu 2 (e)
---+Artikolu 2 (f)
---+Artikolu 2 (g)
---+Artikolu 2 (h)
---+Artikolu 2 (i)
---+Artikolu 2 (j)
---+Artikolu 2 (k)
---+Artikolu 2 (l)
---+Artikolu 2 (m)
---+Artikolu 2 (n)
---+Artikolu 2 (o)
---+Artikolu 2 (p)
---+Artikolu 2 (q)
|
Artikolu 2 Definizzjonijiet
Għall-għan ta' dan id-Direttiva s-segwenti definizzjonijiet għandhom japplikaw:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 2 (a)
|
“żejt karburant tqil” tfisser:
|
(i)
|
kull karburant likwidu derivat miż-żejt, ħlief il-karburant għal użu marittimu, li jaqa' taħt il-Kodiċijiet CN 2710 19 51 sa 2710 19 68, 2710 20 31, 2710 20 35 jew 2710 20 39, jew
|
|
(ii)
|
kull karburant likwidu derivat miż-żejt, minbarra l-gażojl kif definit fil-punt (b) u minbarra karburanti għal użu marittimi kif definiti fil-punti (c), (d) u (e), li, minħabba l-limiti ta' distillazzjoni tiegħu, jaqa' taħt il-kategorija ta' żjut tqal maħsuba għall-użu bħala karburanti u li minnu anqas minn 65 % bil-volum (inkluż it-telf) jiddistilla f'250 °C bil-metodu ASTM D86. Jekk id-distillazzjoni ma tkunx tista' tiġi stabbilità bil-metodu ASTM D86, il-prodott taż-żejt ikun bl-istess mod kategorizzat bħala żejt karburant tqil;
|
|
|
Artikolu 2 (b)
|
“gażojl” tfisser:
|
(i)
|
kull karburant likwidu derivat miż-żejt, ħlief il-karburant għal użu marittimu, li jaqa' taħt il-Kodiċijiet CN 2710 19 25, 2710 19 29, 2710 19 47, 2710 19 48, 2710 20 17 jew 2710 20 19, jew
|
|
(ii)
|
kull karburant likwidu derivat miż-żejt, ħlief il-karburant għal użu marittimu, li minnu inqas minn 65 % bil-volum (inkluż it-telf) jiddistilla f'250 °C u li tal-inqas minnu 85 % bil-volum (inkluż it-telf) jiddistilla fi 350 °C bil-metodu ASTM D86.
|
Il-karburanti tad-diżil, kif definiti fil-punt 2 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) huma esklużi minn din id-definizzjoni. Il-karburanti użati f'makkinarju mobbli mhux għall-użu fit-toroq u tratturi agrikoli huma wkoll esklużi minn din id-definizzjoni;
|
|
Artikolu 2 (c)
|
“karburant għal użu marittimu” tfisser kull karburant likwidu derivat miż-żejt maħsub għall-użu fuq bastiment jew li jintuża fuq bastiment, inklużi dawk il-karburanti definiti fl-ISO 8217. Dan jinkludi kwalunkwe karburant likwidu derivat miż-żejt għall-użu fuq bastimenti tal-kanali interni jew dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni, kif definiti rispettivament fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) u fl-Artikolu 1(3) tad- Direttiva 94/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15), meta tali bastimenti jkunu fuq il-baħar;
|
|
Artikolu 2 (d)
|
“żejt diżil għal użu marittimu” tfisser kwalunkwe karburant għal użu marittimu kif iddefinit għall-grad DMB fit-Tabella I tal-ISO 8217 bl-eċċezzjoni tar-referenza għall-kontenut ta' kubrit;
|
|
Artikolu 2 (e)
|
“gażojl għal użu marittimu” tfisser kwalunkwe karburanti għal użu marittimu kif iddefinit għall-gradi DMX, DMA u DMZ fit-Tabella I tal-ISO 8217 bl-eċċezzjoni tar-referenza għall-kontenut ta' kubrit;
|
|
Artikolu 2 (f)
|
“MARPOL” tfisser il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Bastimenti, 1973, kif modifikata bil-Protokoll tal-1978 tagħha;
|
|
Artikolu 2 (g)
|
“l-Anness VI tal-MARPOL” tfisser l-Anness, intitolat “Regolamenti għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis tal-Arja mill-Bastimenti”, li l-Protokoll tal-1997 żied mal-MARPOL;
|
|
Artikolu 2 (h)
|
“Żoni ta' Kontroll għall-Emissjonijiet ta' SOx” tfisser żoni ta' baħar hekk definiti mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) fl-Anness VI tal-MARPOL;
|
|
Artikolu 2 (i)
|
“bastimenti tal-passiġġieri” tfisser bastimenti li jġorru aktar minn tnax-il passiġġier, fejn passiġġier huwa kull persuna li mhijiex:
|
(i)
|
il-kaptan u l-membri tal-ekwipaġġ jew xi persuna oħra impjegata jew ingaġġata fi kwalunkwe kapaċità abbord bastiment fix-xogħol ta' dak il-bastiment, u
|
|
(ii)
|
tarbija taħt l-età ta' sena;
|
|
|
Artikolu 2 (j)
|
“servizzi regolari” tfisser serje ta' vjaġġi ta' bastiment tal-passiġġieri magħmula sabiex jaqdu l-bżonnijiet tat-traffiku bejn l-istess zewġ portijiet jew aktar, jew serje ta' vjaġġi minn u sal-istess port mingħajr waqfien intermedji:
|
(i)
|
skont itinerarju ppubblikat, jew
|
|
(ii)
|
bi vjaġġi tant regolari jew frekwenti li jikkostitwixxu skeda rikonoxxibbli;
|
|
|
Artikolu 2 (k)
|
“bastiment tal-gwerra” tfisser bastiment li huwa parti mill-forzi armati ta' xi Stat, li jkollu marki esterni li jiddistingwu tali bastiment bin-nazzjonalità tiegħu, taħt il-kmand ta' uffiċjal li jkun debitament inkarigat mill-gvern tal-Istat u li ismu jkun jidher fil-lista adatta tas-servizz jew fl-ekwivalenti tagħha, u li jkun ekwipaġġat b'persunal taħt id-dixxiplina tal-forzi armati regolari;
|
|
Artikolu 2 (l)
|
“bastimenti irmiġġati” tfisser bastimenti li jkunu sorġuti jew ankrati sewwa f'port fl- Unjoni filwaqt li jgħabbu, iħottu jew jalloġġaw (hotelling), inkluż il-ħin li fih ma jkunux involuti fl-operazzjonijiet ta' tagħbija;
|
|
Artikolu 2 (m)
|
“tqegħid fis-suq” tfisser il-forniment lil, jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta', terzi persuni, bi ħlas jew mingħajr ħlas, fi kwalunkwe parti fil-ġurisdizzjonijiet tal-Istati Membri, ta' karburanti għal użu marittimu għall-kombustjoni abbord. Din teskludi il-forniment jew id-disponibilità ta' karburanti għal użu marittimu għall-esportazzjoni f'tankijiet tat-tagħbija tal-bastimenti;
|
|
Artikolu 2 (n)
|
“reġjuni ultraperiferiċi” tfisser id-dipartimenti barranin Franċiżi, l-Ażores, Madeira u l-Gżejjer Kanari, kif stabbiliti fl-Artikolu 349 tat-TFUE;
|
|
Artikolu 2 (o)
|
“metodu ta' tnaqqis tal-emissjonijiet” tfisser kwalunkwe atrezzatura, materjal, tagħmir jew apparat li għandhom jiġu installati fuq vapur jew proċedura oħra, karburant alternattiv, jew metodu ta' konformità, użati bħala alternattiva għal karburant għal użu marittimu b'livell baxx ta' kubrit li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati f'din id-Direttiva, u li jkunu verifikabbli, kwantifikabbli u infurzabbli;
|
|
Artikolu 2 (p)
|
“il-metodu ASTM” tfisser il-metodi stabbiliti mis-Soċjetà Amerikana għall-Ittestjar u Materjali fl-edizzjoni tal-1976 tad-definizzjonijiet ta' standards u speċifikazzjonijiet għal prodotti taż-żejt u lubrikanti;
|
|
Artikolu 2 (q)
|
“impjant ta' kombustjoni” tfisser kwalunkwe apparat tekniku li fih il-karburanti jiġu ossidizzati sabiex tintuża s-sħana ġġenerata.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 21.05.2016 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L0802
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|