+Artikolu 3 2

Artikolu 3 2

2.   Sal-31 ta' Diċembru 2015, suġġett għal monitoraġġ adegwat tal-emissjonijiet minn awtoritajiet kompetenti, il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal żjut karburanti tqal użati:

(a)

f'impjanti ta' kombustjoni li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 2001/80/KE, li huma suġġetti għall-Artikolu 4(1) jew (2) jew il-punt (a) tal-Artikolu 4(3) ta' dik id-Direttiva u li jkunu konformi mal-limiti ta' emissjonijiet għad-diossidu tal-kubrit għal tali impjanti kif stipulat f'dik id-Direttiva;

(b)

f'impjanti ta' kombustjoni li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 2001/80/KE, li huma suġġetti għall-punt (b) tal-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 4(6) ta' dik id-Direttiva u li l-emissjonijiet medji tagħhom ta' diossidu tal-kubrit fix-xahar ma jeċċedux 1 700 mg/Nm3 b'kontenut ta' ossiġenu fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija ta' 3 % tal-volum fi stat niexef;

(c)

f'impjanti ta' kombustjoni li ma jaqgħux taħt il-punti (a) jew (b), u li l-emissjonijiet medji tagħhom ta' diossidu tal-kubrit fix-xahar ma jeċċedux 1 700 mg/Nm3 b'kontenut ta' ossiġenu fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija ta' 3 % tal-volum fi stat niexef;

(d)

għal kombustjoni f'raffineriji, fejn il-medja fix-xahar ta' emissjonijiet ta' diossidu tal-kubrit mifruxa fuq l-impjanti ta' kombustjoni kollha fir-raffinerija, irrispettivament mit-tip ta' karburant jew mit-taħlita ta' karburanti użati, iżda esklużi impjanti li jaqgħu taħt il-punti (a) u (b), turbini tal-gass u magni li jaħdmu bil-gass, ma teċċedix 1 700 mg/Nm3 b'kontenut ta' ossiġenu fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija ta' 3 % tal-volum fi stat niexef.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 21.05.2016 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L0802
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.