+Artikolu 8 Metodi ta' tnaqqis tal-emissjonijiet
---+Artikolu 8 1
---+Artikolu 8 2
---+Artikolu 8 3
---+Artikolu 8 4
---+Artikolu 8 5
|
Artikolu 8 Metodi ta' tnaqqis tal-emissjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1
|
1. L-Istati Membri għandhom jippermettu l-użu ta' metodi ta' tnaqqis tal-emissjonijiet minn vapuri tal-bnadar kollha fil-portijiet tagħhom, fl-ibħra territorjali tagħhom, fiż-żoni ekonomiċi esklużivi tagħhom u fiż-żoni tagħhom ta' kontroll tat-tniġġis, bħala alternattiva għall-użu ta' karburanti għal użu marittimu li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikoli 6 u 7, suġġett għall-paragrafi 2 u 4 ta' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 8 2
|
2. Il-vapuri li jużaw il-metodi ta' tnaqqis tal-emissjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom kontinwament jiksbu tnaqqis fl-emissjonijiet ta' diossidu tal-kubrit li jkun mill-anqas ekwivalenti għat-tnaqqis li jinkiseb bl-użu ta' karburanti għal użu marittimu li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikoli 6 u 7. Il-valuri tal-emissjonijiet ekwivalenti għandhom ikunu ddeterminati skont l-Anness I.
|
|
Artikolu 8 3
|
3. L-Istati Membri għandhom, bħala soluzzjoni alternattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, jinkoraġġixxu l-użu ta' sistemi terrestri għal-provvista tal-enerġija lill-bastimenti rmiġġati.
|
|
Artikolu 8 4
|
4. Il-metodi ta' tnaqqis tal-emissjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu konformi mal-kriterji speċifikati fl-istrumenti msemmija fl-Anness II.
|
|
Artikolu 8 5
|
5. Fejn ikun iġġustifikat fid-dawl tal-progress xjentifiku u tekniku rigward metodi alternattivi ta' tnaqqis tal-emissjonijiet u b'mod li jiżgura konsistenza stretta mal-istrumenti u standards rilevanti adottati mill-IMO, il-Kummissjoni:
|
(a)
|
hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti ta' delega, skont l-Artikolu 16, li jemendaw l-Annessi I u II;
|
|
(b)
|
għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw ir-rekwiżiti dettaljati għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet, fejn xieraq. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 17(2).
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 21.05.2016 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L0802
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|