2. Sal-31 ta' Diċembru 2013 il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun xieraq, minn proposti leġislattivi. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra fir-rapport tagħha l-potenzjal għat-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja filwaqt li tqis, inter alia: rapporti annwali sottomessi skont il-paragrafu 1 u 3; il-kwalità tal-arja u l-aċidifikazzjoni osservati; l-ispejjeż għall-karburant; l-impatt eknomiku potenzjali u t-tranżizzjoni modali osservata; u l-progress fit-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-vapuri.