+Artikolu 3 Definizzjonijiet
---+Artikolu 3 (1)
---+Artikolu 3 (2)
---+Artikolu 3 (3)
---+Artikolu 3 (4)
---+Artikolu 3 (5)
---+Artikolu 3 (6)
---+Artikolu 3 (7)
---+Artikolu 3 (8)

Artikolu 3 Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 (1)

“korp tas-settur pubbliku” tfisser l-awtoritajiet jew il-korpi tal-Istat, dawk reġjonali jew lokali rregolati mid-dritt pubbliku, kif definit fil-punt (4) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/24/UE, jew assoċjazzjonijiet iffurmati minn tali awtoritajiet waħda jew aktar jew tali korpi wieħed jew aktar irregolati mid-dritt pubbliku, jekk dawk l-assoċjazzjonijiet huma stabbiliti għall-iskop speċifiku li jissodisfaw il-bżonnijiet fl-interess ġenerali, li ma jkunux ta' karattru industrijali jew kummerċjali;

Artikolu 3 (2)

“applikazzjoni mobbli” tfisser software applikattiv iddisinjat u żviluppat, minn jew f'isem il-korpi tas-settur pubbliku, għal użu mill-pubbliku inġenerali, f'apparat mobbli bħal smartphones u tablets. Dan ma jinkludix is-software li tikkontrolla dak l-apparat (sistemi operattivi mobbli) jew hardware.

Artikolu 3 (3)

“standard” tfisser standard kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;

Artikolu 3 (4)

“standard Ewropew” tfisser standard Ewropew kif definit fil-punt (1)(b) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;

Artikolu 3 (5)

“standard armonizzat” tfisser standard armonizzat kif definit fil-punt(1)(c) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;

Artikolu 3 (6)

“media temporali” tfisser media tat-tipi li ġejjin: awdjo-biss, vidjo-biss, awdjo-vidjo, awdjo u/jew vidjo kkombinati ma' interazzjoni;

Artikolu 3 (7)

“oġġetti f'kollezzjonijiet patrimonjali” tfisser oġġetti ta' proprjetà pubblika jew privata li jippreżentaw interess storiku, artistiku, arkeoloġiku, estetiku, xjentifiku jew tekniku u li jagħmlu parti minn kollezzjonijiet ippreservati minn istituzzjonijiet kulturali bħal libreriji, arkivji u mużewijiet;

Artikolu 3 (8)

“data dwar il-kejl” tfisser ir-riżultati kkwantifikati tal-attività ta' monitoraġġ imwettqa sabiex tiġi vverifikata l-konformità tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli ta' korpi tas-settur pubbliku mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stipulati fl-Artikolu 4. Din tkopri kemm informazzjoni kwantitattiva dwar il-kampjun ta' siti elettroniċi u applikazzjonijiet mobbli ittestjati (għadd ta' siti elettroniċi u applikazzjonijiet flimkien ma', potenzjalment, għadd ta' viżitaturi jew utenti, eċċ) u informazzjoni kwantitattiva dwar il-livell ta' aċċessibbiltà.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.12.2016 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L2102
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.