+Artikolu 4 2.
|
Artikolu 4 2.
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa bil-għan li jillimitaw l-emissjonijiet antropoġeniċi tal-2025 tagħhom ta' diossidu tal-kubrit, ossidi tan-nitroġenu, komposti organiċi volatili mhux metaniċi, ammonijaka u partiċelli fini5. Il-livelli indikattivi ta' dawk l-emissjonijiet għandhom jiġu determinati permezz ta' perkors ta' tnaqqis lineari stabbilit bejn il-livelli tal-emissjonijiet tagħhom definiti mill-impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-2020 u l-livelli ta' emissjonijiet definiti mill-impenji għat-tnaqqis ta' emissjonijiet għall-2030. L-Istati Membri jistgħu jsegwu perkors ta' tnaqqis mhux lineari jekk dan ikun ekonomikament jew teknikament aktar effiċjenti, u sakemm mill-2025 dan jingħaqad progressivament mal-perkors ta' tnaqqis lineari u sakemm ma jaffettwa ebda impenn ta' tnaqqis ta' emissjoni għall-2030. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dak il-perkors ta' tnaqqis lineari u r-raġunijiet għaliex ikunu qed isegwuh fil-programmi nazzjonali ta' kontroll tat-tniġġis tal-arja li għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 10(1). Fejn l-emissjonijiet għall-2025 ma jistgħux jiġu limitati f'konformità mal-perkors tat-tnaqqis determinat, l-Istati Membri għandhom jispjegaw ir-raġunijiet għal dik id-devjazzjoni kif ukoll il-miżuri li jwasslu lill-Istati Membri lura fuq il-perkors tagħhom fir-rapporti tal-inventarju informattivi sussegwenti tagħhom li għandhom jiġu pprovduti lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 10(2).
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 06.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L2284
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|