Artikolu 24
Artikolu 495(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Trattament ta' skoperturi għal ekwità skont l-Approċċ IRB (Internal Ratings Based)
Il-kategoriji ta' skoperturi ta' ekwità li jibbenefikaw mill-eżenzjoni mill-approċċ IRB skont l-Artikolu 495(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għandhom jinkludu, sal-31 ta' Diċembru 2017, il-kategoriji ta' skoperturi ta' ekwità biss li fil-31 ta' Diċembru 2013 kienu qed jibbenefikaw diġà minn eżenzjoni mit-trattament IRB, skont l-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1556 (
5
).