+Artikolu 9 Atti tal-organi ta' kumpanija u r-rappreżentanza tagħha
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
|
Artikolu 9 Atti tal-organi ta' kumpanija u r-rappreżentanza tagħha
Atti tal-organi ta' kumpanija u r-rappreżentanza tagħha
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 1.
|
Atti magħmula mill-organi tal-kumpanija għandhom jorbtuha anki jekk dawk l-atti ma jidħlux fl-għanijiet tal-kumpanija, kemm-il darba dawk l-atti ma jmorrux lilhinn mis-setgħat li l-liġi tagħti jew tħalli li jingħataw lil dawk l-organi. Madanakollu, l-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-kumpanija m'għandhiex tkun vinkolata meta dawk l-atti huma barra l-għanijiet tal-kumpanija, jekk dik il-kumpanija tipprova li l-parti terza kienet taf li l-att kien barra dawk l-għanijiet jew li ma setgħatx, minħabba ċ-ċirkustanzi, matkunx taf bihom; l-iżvelar tal-istatuti m'għandhiex tkun fiha nnifisha prova suffiċjenti.
|
|
Artikolu 9 2.
|
Il-limiti fuq is-setgħat tal-organi tal-kumpanija li joħorġu mill-istatuti jew minn deċiżjoni tal-organi kompetenti, ma jistgħux jintużaw fil-konfront ta' terzi, anki jekk ikunu ġew żvelati.
|
|
Artikolu 9 3.
|
Jekk liġi nazzjonali tipprovdi li l-awtorità biex tirrappreżenta kumpanija, b'deroga mir-regoli legali li jirregolaw is-suġġett, tista' tiġi mogħtija mill-istatuti lil persuna waħda jew diversi persuni li jaġixxu flimkien, dik il-liġi tista' tipprovdi li dispożizzjoni bħal dik fl-istatuti tista' tintuża fil-konfront ta' terzi bil-kondizzjoni li tkun tirrigwarda s-setgħa ġenerali ta' rappreżentanza; il-kwistjoni jekk dwar jekk dik id-dispożizzjoni fl-istatuti tistax tintuża fil-konfront ta' terzi għandha tiġi regolata bl-Artikolu 16.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|