+Artikolu 50 Deroga mill-ħtieġa tar-rapport tal-esperti
---+Artikolu 50 1.
---+Artikolu 50 2.
---+Artikolu 50 3.

Artikolu 50 Deroga mill-ħtieġa tar-rapport tal-esperti

Deroga mill-ħtieġa tar-rapport tal-esperti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 50 1.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu biex ma japplikawx l-Artikolu 49(1), (2) u (3) fejn, wara deċiżjoni tal-korp amministrattiv jew il-korp tat-tmexxija, titoli trasferibbli kif definiti fil-punt 44 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ) jew strumenti tas-suq tal-flus kif definiti fil-punt 17 tal-Artikolu 4(1) ta' dik id-Direttiva, jiġu kontribwiti bħala konsiderazzjoni għajr fi flus kontanti, u dawk it-titoli jew strumenti tas-suq tal-flus huma valutati bil-prezz medju mwieżen li bih ġew negozjati f'suq wieħed jew aktar regolati kif definit fil-punt 21 tal-Artikolu 4(1) ta' dik id-Direttiva tul perjodu suffiċjenti, li għandu jiġi deċiż skont il-liġi nazzjonali, li jippreċedi d-data effettiva tal-kontribuzzjoni tal-konsiderazzjoni rispettiva għajr fi flus kontanti.

Madanakollu, fejn dak il-prezz ikun ġie affettwat minn ċirkostanzi eċċezzjonali li jibdlu b'mod sinifikattiv il-valur tal-attiv fid-data effettiva tal-kontribuzzjoni tagħha, inklużi sitwazzjonijiet fejn is-suq għat-tali titoli trasferibbli jew strumenti tas-suq tal-flus spiċċa b'nuqqas ta' likwidità, għandha terġà ssir evalwazzjoni mill-ġdid fuq l-inizjattiva u taħt ir-responsabbiltà tal-korp amministrattiv jew tat-tmexxija.

Għall-għanijiet ta' dik l-evalwazzjoni mill-ġdid, l-Artikolu 49(1), (2) u (3) għandu japplika.

Artikolu 50 2.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx l-Artikolu 49(1), (2) u (3) fejn, fuq deċiżjoni tal-korp amministrattiv jew tat-tmexxija, jiġu kontribwiti assi, ħlief titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, bħala konsiderazzjoni għajr fi flus kontanti li diġà kien suġġett għal opinjoni ta' valur ġust minn espert indipendenti rikonoxxut u fejn il-kondizzjonijiet li ġejjin huma ssodisfati:

(a) 

il-valur ġust hu determinat sa mhux iżjed minn sitt xhur qabel id-data effettiva tal-kontribuzzjoni tal-attiv; u

(b) 

l-evalwazzjoni tkun twettqet b'mod konformi mal-istandards ta' evalwazzjoni u l-prinċipji ġeneralment aċċettati fl-Istat Membru, li huma applikabbli għat-tip ta' assi li għandhom ikunu kontribwiti.

Fil-każ ta' ċirkustanzi ġodda kwalifikanti, li jbiddlu b'mod sinifikattiv il-valur ġust tal-attiv fid-data effettiva tal-kontribuzzjoni tiegħu, għandha ssir evalwazzjoni mill-ġdid bl-inizjattiva u taħt ir-responsabbiltà tal-korp amministrattiv jew tat-tmexxija.

Għall-għanijiet tal-evalwazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu, l-Artikolu 49(1), (2) u (3) għandu japplika.

Fin-nuqqas ta' dik l-evalwazzjoni mill-ġdid, azzjonist wieħed jew aktar li jkollhom persentaġġ aggregat ta' mill-anqas 5 % tal-kapital sottoskritt tal-kumpanija fil-ġurnata li fiha tittieħed id-deċiżjoni fuq iż-żieda tal-kapital, jistgħu jitolbu evalwazzjoni minn espert indipendenti, u f'dak il-każ japplika l-Artikolu 49(1), (2) u (3).

Dak l-azzjonist(i) jista' jagħmel talba sad-data effettiva tal-kontribuzzjoni tal-attiv, bil-kondizzjoni li, fid-data tat-talba, l-azzjonist(i) involut(i) ikun għad għandhom perċentwali aggregat ta' mill-inqas 5 % tal-kapital sottoskritt tal-kumpanija, kif kien fid-data li fiha ttieħdet id-deċiżjoni dwar iż-żieda tal-kapital.

Artikolu 50 3.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx l-Artikolu 49(1), (2) u (3) fejn, fuq deċiżjoni tal-korp amministrattiv jew tat-tmexxija, jiġi kontribwit attiv, ħlief titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu bħala konsiderazzjoni għajr fi flus kontanti li l-valur ġust tagħhom joriġina mill-valur ta' attiv individwali minn kontijiet statutorji tas-sena finanzjarja ta' qabel, sakemm il-kontijiet statutorji kienu soġġetti għal verifika b'mod konformi mad-Direttiva 2006/43/KE l.

It-tieni u l-ħames subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw mutatis mutandis.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.