+Artikolu 63 Żamma tal-ishma proprji u tar-rapport annwali f'każ ta' akkwiżizzjoni tal-ishma proprji
---+Artikolu 63 1.
---+Artikolu 63 2.
|
Artikolu 63 Żamma tal-ishma proprji u tar-rapport annwali f'każ ta' akkwiżizzjoni tal-ishma proprji
Żamma tal-ishma proprji u tar-rapport annwali f'każ ta' akkwiżizzjoni tal-ishma proprji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 63 1.
|
Fejn il-liġijiet ta' Stat Membru jippermettu li kumpanija tixtri l-ishma tagħha stess, sew hija stess u sew permezz ta' persuna li taġixxi f'isimha stess iżda fl-interess tal-kumpanija, i ż-żamma ta' dawk l-ishma għandha tkun suġġetta f'kull ħin mill-inqas għall-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
fost id-drittijiet marbuta mal-ishma, id-dritt għall-vot marbut mal-ishma tal-kumpanija stess għandu f'kull każ jiġi sospiż;
(b)
jekk l-ishma huma inklużi fost l-assi murija fil-karta tal-bilanċ, riserva tal-istess ammont, li ma tkunx disponibbli għad-distribuzzjoni, għandha tiġi inkluża mal-passiv.
|
|
Artikolu 63 2.
|
Fejn il-liġijiet ta' Stat Membru jippermettu li kumpanija takkwista l-ishma tagħha stess, sew hija innifisha u sew permezz ta' persuna li taġixxi f'isimha stess iżda fl-interess tal-kumpanija, huma għandhom jeħtieġu li r-rapport annwali jiddikjara għallinqas:
(a)
ir-raġunijiet għal akkwiżizzjonijiet magħmula matul is-sena finanzjarja;
(b)
l-għadd u l-valur nominali jew, fin-nuqqas ta' valur nominali, il-parità kontabbli tal-ishma akkwistati u mneħħija matul is-sena finanzjarja u l-proporzjon tal-kapital sottoskritt li huma jirrappreżentaw;
(c)
fil-każ ta' akkwiżizzjoni jew tneħħija b'titolu oneruż, il-konsiderazzjoni għall-ishma;
(d)
l-għadd u l-valur nominali jew, fin-nuqqas ta' valur nominali, il-parità kontabbli tal-ishma kollha akkwistati u miżmuma mill-kumpanija u l-proporzjon tal-kapital sottoskritt li huma jirrappreżentaw.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|