+Artikolu 64 Assistenza finanzjarja minn kumpanija għall-akkswist tal-ishma tagħha stess minn parti terza
---+Artikolu 64 1.
---+Artikolu 64 2.
---+Artikolu 64 3.
---+Artikolu 64 4.
---+Artikolu 64 5.
---+Artikolu 64 6.
---+Artikolu 64 7.
|
Artikolu 64 Assistenza finanzjarja minn kumpanija għall-akkswist tal-ishma tagħha stess minn parti terza
Assistenza finanzjarja minn kumpanija għall-akkswist tal-ishma tagħha stess minn parti terza
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 64 1.
|
Fejn l-Istati Membri jippermettu li kumpanija, b'mod dirett jew indirett, tavvanza fondi, tagħti self jew tipprovdi garanzija, bil-għan li l-ishma proprji jiġu akkwistati minn parti terza, dawk it-tranżazzjonijiet għandhom ikunu suġġetti għall-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2 sa 5.
|
|
Artikolu 64 2.
|
It-tranżazzjonijiet għandhom isiru taħt ir-responsabbiltà tal-korp amministrattiv jew tat-tmexxija fil-kondizzjonijiet ġusti tas-suq, b'mod partikolari fir-rigward tal-imgħax li tirċievi l-kumpanija u fir-rigward tal-garanzija pprovduta lill-kumpanija għas-self u l-avvanzi msemmija fil-paragrafu 1. L-affidabiltà kreditizja tal-parti terza jew, f'każ ta' tranżazzjonijiet ta' iktar minn parti waħda, ta' kull kontraparti tagħha, għandha tkun investigata kif xieraq.
|
|
Artikolu 64 3.
|
It-tranżazzjonijiet għandhom ikunu ppreżentati mill-korp amministrattiv jew tat-tmexxija lil-laqgħa ġenerali għal approvazzjoni minn qabel, fejn il-laqgħa ġenerali għandha taġixxi b'mod konformi mar-regoli tal-kworum u l-maġġoranza stabbilita fl-Artikolu 83. Il-korp amministrattiv jew ta' tmexxija għandu jippreżenta rapport bil-miktub lil-laqgħa ġenerali, li fih jindika:
(a)
ir-raġunijiet għat-tranżazzjoni,
(b)
l-interess tal-kumpanija li tidħol fitranżazzjoni ta' dak it-tip,
(c)
il-kondizzjonijiet li fuqhom saret it-tranżazzjoni,
(d)
ir-riskji involuti fit-tranżazzjoni għal-likwidità u s-solvenza tal-kumpanija, u
(e)
il-prezz għall-akkwiżizzjoni tal-ishma minn terzi.
Dak ir-rapport għandu jiġi ppreżentat lir-reġistru għall-pubblikazzjoni b'mod konformi mal-Artikolu 16.
|
|
Artikolu 64 4.
|
L-għajnuna finanzjarja aggregata mogħtija lill-partijiet terzi m'għandha fl-ebda ħin tirriżulta f' sitwazzjoni fejnl-assi netti jonqsu iktar mill-ammont speċifikat fl-Artikolu 56(1) u (2), u għandha tqis ukoll kull tnaqqis tal-attiv nett li seta' jkun seħħ permezz tal-akkwiżizzjoni, mill-kumpanija jew fl-interess tal-kumpanija, tal-ishma tagħha stess skont l-Artikolu 60(1). Il-kumpanija għandha tinkludi, fost il-passiv fil-karta tal-bilanċ, riserva, li ma tkunx disponibbli għad-distribuzzjoni, tal-ammont tal-għajnuna finanzjarja aggregata.
|
|
Artikolu 64 5.
|
Fejn terzi, bil-għajnuna finanzjarja ta' kumpanija, jakkwistaw ishma proprji ta' dik il-kumpanija skont it-tifsira tal-Artikolu 60(1) jew jissottoskrivu għal ishma maħruġa waqt żieda fil-kapital sottoskritt, dik l-akkwiżizzjoni jew dik is-sottoskrizzjoni għandom isiru bi prezz ġust.
|
|
Artikolu 64 6.
|
Il-paragrafi 1 sa 5 ma għandhomx japplikaw għal transazzjonijiet konklużi minn banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra fil-kors normali tan-negozju, lanqas għal transazzjonijiet li jsiru bil-għan li jiġu akkwistati ishma minn jew għall-impjegati tal-kumpanija jew l-impjegati ta' kumpanija assoċjata. Iżda dawk it-transazzjonijiet ma jistgħux ikollhom l-effett li jnaqqsu l-attiv nett f'livell anqas mill-ammont speċifikat fl-Artikolu 56(1).
|
|
Artikolu 64 7.
|
Il-paragrafi 1 sa 5 m'għandhomx japplikaw għal transazzjonijet li jsiru bil-għan li jiġu akkwistati ishma kif deskritt f-Artikolu 61(1)(h).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|