Artikolu 65
Salvagwardji addizzjonali fil-każ ta' tranżazzjonijiet ma' partijiet relatati
Fil-każijiet fejn membri individwali tal-korp amministrattiv jew tat-tmexxija tal-kumpanija li tkun parti mit-transazzjoni msemmija fl-Artikolu 64(1) ta' din id-Direttiva, jew membri individwali tal-korp amministrattiv jew tat-tmexxija ta' intrapriża prinċipali skont it-tifsira tal-Artikoli 22 tad-Direttiva 2013/34/UE jew dik l-impriża prinċipali stess, jew individwi li jaġixxu f'isimhom proprju, iżda fl-interess tal-membri ta' dawk il-korpi jew ta' dik l-impriża, ikunu kontropartijiet fi transazzjoni ta' dak it-tip, l-Istati Membri għandhom jassiguraw permezz ta' salvagwardji adegwati li transazzjoni ta' dak it-tip ma' tmurx kontra l-aħjar interessi tal-kumpanija.