+Artikolu 70 Ishma maħruġa għal konsiderazzjoni għajr fi flus kontanti
---+Artikolu 70 1.
---+Artikolu 70 2.
---+Artikolu 70 3.
---+Artikolu 70 4.

Artikolu 70 Ishma maħruġa għal konsiderazzjoni għajr fi flus kontanti

Ishma maħruġa għal konsiderazzjoni għajr fi flus kontanti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 70 1.
Fejn ishma jinħarġu għal xi konsiderazzjoni għajr fi flus kontanti fil-kors ta' żieda fil-kapital sottoskritt il-konsiderazzjoni għandha tiġi trasferita kollha f'perjodu ta' ħames snin mid-deċiżjoni biex jiżdied il-kapital sottoskritt.
Artikolu 70 2.
Il-konsiderazzjoni imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun is-suġġett ta' rapport imħejji qabel issir iż-żieda fil-kapital minn espert wieħed jew iktar li huma indipendenti mill-kumpanija u maħtura jew approvati minn awtorità amministrattiva jew ġudizzjarja. Dawk l-esperti jistgħu jkunu persuni fiżiċi kif ukoll persuni ġuridiċi u kumpaniji u ditti skont il-liġijiet tal-Istati Membri.

L-Artikolu 49(2) u (3) u l-Artikoli 50 u 51 għandhom japplikaw.

Artikolu 70 3.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafu 2 fil-każ ta' żieda fil-kapital sottoskritt magħmula sabiex issir effettiva xi merger, diviżjoni jew offerta pubblika għax-xiri jew l-iskambju ta' ishma u biex jitħallsu l-azzjonisti tal-kumpanija li tkun qiegħda tiġi assorbita jew diviża jew li tkun is-suġġett tal-offerta pubblika għax-xiri jew l-iskambju ta' ishma.

Fil-każ ta' merger jew diviżjoni, madankollu, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-ewwel subparagrafu biss fejn ikun tħejja rapport ta' espert jew esperti indipendenti dwar l-abbozz tat-termini tal-merger jew tad-diviżjoni.

Fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li japplikaw il-paragrafu 2 fil-każ ta' merger jew diviżjoni, huma jistgħu jiddisponu li r-rapport skont dan l-Artikolu u r-rapport tal-espert jew esperti indipendenti dwar l-abbozz tat-termini tal-merger jew tad-diviżjoni, jitħejjew mill-istess espert jew esperti.

Artikolu 70 4.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafu 2 jekk l-ishma kollha maħruġa fil-kors ta' żieda fil-kapital sottoskritt jinħarġu għal xi konsiderazzjoni għajr fi flus kontanti lil kumpanija waħda jew iżjed, bil-kondizzjoni li l-azzjonisti kollha fil-kumpanija li jirċievu l-konsiderazzjoni jkunu ftiehmu li mhux meħtieġ li jitħejja rapport tal-esperti u li r-rekwiżiti tal-punti (b) sa (f) tal-Artikolu 49(4) huma sodisfatti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.