+Artikolu 72 Żieda fil-kapital b'konsiderazzjoni fi flus kontanti
---+Artikolu 72 1.
---+Artikolu 72 2.
---+Artikolu 72 3.
---+Artikolu 72 4.
---+Artikolu 72 5.
---+Artikolu 72 6.
---+Artikolu 72 7.
|
Artikolu 72 Żieda fil-kapital b'konsiderazzjoni fi flus kontanti
Żieda fil-kapital b'konsiderazzjoni fi flus kontanti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 72 1.
|
Kull meta l-kapital jiżdied b'konsiderazzjoni fi flus kontanti, l-ishma jiġu offruti fuq bażi ta' prelazzjoni lill-azzjonisti fil-proporzjon tal-kapital rappreżentat mill-ishma tagħhom.
|
|
Artikolu 72 2.
|
Il-liġijiet ta' Stat Membru:
(a)
mhumiex meħtieġa japplikaw il-paragrafu 1 għal ishma li għandhom dritt limitat biex jipparteċipaw fi distribuzzjoni fis-sens tal-Artikolu 56 u/jew fl-assi tal-kumpanija fil-każ ta' stralċ; jew
(b)
jistgħu jippermettu, meta l-kapital sottoskritt ta' kumpanija li għandha diversi klassijiet ta' ishma li jkollhom drittijiet differenti fir-rigward ta' votazzjoni, jew parteċipazzjoni fid-distribuzzjoni fis-sens tal-Artikolu 56 jew fl-assi fil-każ ta'stralċ, jiżdied bil-ħruġ ta' ishma ġodda f'waħda biss minn dawk il-klassijiet, waqt li l-jedd ta' prelazzjoni tal-azzjonisti tal-klassijiet l-oħra għandu jkun eżerċitat biss wara li l-azzjonisti tal-klassi li fiha jkunu qed jinħarġu l-ishma l-ġodda jkunu eżerċitaw dak il-jedd.
|
|
Artikolu 72 3.
|
Kull offerta ta' sottoskrizzjoni fuq bażi ta' prelazzjoni u l-perjodu li fih dak id-dritt għandu jkun eżerċitat jiġu ppubblikati fil-gazzetta nazzjonali magħżula skont l-Artikolu 16. Iżda, il-liġijiet ta' Stat Membru ma għandhomx bżonn jiddisponu għal dik il-pubblikazzjoni meta l-ishma kollha ta' kumpanija huma rreġistrati. F'dak il-każ, l-azzjonisti kollha tal-kumpanija ikunu infurmati bil-miktub. Il-jedd ta' prelazzjoni għandu jkun eżerċitat f'perjodu li ma għandux ikun inqas minn 14-il ġurnata mid-data tal-pubblikazzjoni tal-offerta jew mid-data minn meta jintbagħtu l-ittri lill-azzjonisti.
|
|
Artikolu 72 4.
|
Il-jedd ta' prelazzjoni ma jistax ikun ristrett jew irtirat mill-istatuti jew atti ta' inkorporazzjoni. Dak jista', madankollu, jsir b'deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali. Il-korp amministrattiv jew tat-tmexxija għandu jkun meħtieġ li jippreżenta lil dik il-laqgħa rapport bil-miktub li juri r-raġunijiet għar-restrizzjoni jew irtirar tal-jedd ta' prelazzjoni, u li jiġġustifka l-prezz tal-ħruġ propost. Il-laqgħa ġenerali għandha taġixxi skont ir-regoli dwar quorum u maġġoranza speċifikati fl-Artikolu 83. Id-deċiżjoni tagħha għandha tiġi ppubblikata bil-mod preskritt fil-liġijiet ta' kull Stat Membru, skont l-Artikolu 16.
|
|
Artikolu 72 5.
|
Il-liġijiet ta' Stat Membru jistgħu jiddisponu li l-istatuti, l-atti ta' inkorporazjoni jew il-laqgħa ġenerali, li jaġixxu skont ir-regoli dwar quorum, maġġoranza u pubblikazzjoni preskritti fil-paragrafu 4, jistgħu jagħtu s-setgħa ta' restrizzjoni jew irtirar tal-jedd ta' prelazzjoni lill-korp tal-kumpanija inkarigata li tiddeċiedi dwar żieda fil-kapital sottoskritt fil-limiti tal-kapital awtorizzat. Dik is-setgħa ma tistax tingħata għal perjodu itwal mis-setgħa stipulata fl-Artikolu 68(2).
|
|
Artikolu 72 6.
|
Il-paragrafi 1 sa 5 għandhom japplikaw għall-ħruġ tat-titoli kollha li jistgħu jinbidlu f'ishma jew li jkollhom il-jedd ta' sottoskrizzjoni għal ishma, iżda mhux għall-konverżjoni ta' dawk it-titoli, lanqas għall-eżerċizzju tal-jedd ta' sottoskrizzjoni.
|
|
Artikolu 72 7.
|
Il-jedd ta' prelazzjoni mhuwiex eskluż mill-iskop tal-paragrafi 4 u 5 meta, skont id-deċiżjoni biex jiżdied il-kapital sottoskritt, jinħarġu ishma lil banek jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra bl-iskop li jiġu offruti lil azzjonisti tal-kumpanija skont il-paragrafi 1 u 3.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|